28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/28


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6269 – SNCF/HFPS/Wehinger GmbH/Rail Holding)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 187/14

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) SNCF (Franza), Haselsteiner Familien-Privatstiftung (“HFPS”, l-Awstrija) u Stefan Wehinger Beteiligungs-und Beratungs GmbH (“Wehinger GmbH”, l-Awstrija) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Rail Holding AG (l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SNCF: servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija bil-ferroviji fi Franza u pajjiżi oħra taż-ŻEE; ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja ta’ Franza,

għal HFPS: investimenti f’negozji żgħar u medji attivi f’diversi setturi bħas-settur tal-kostruzzjoni,

għal Wehinger GmbH: azzjonista fil-pussess ta’ ishma f’Rail Holding AG,

għal Rail Holding AG: azzjonista ta’ WESTbahn Management GmbH (l-Awstrija), ippjanata li topera s-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-Awstrija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6269 – SNCF/HFPS/Wehinger GmbH/Rail Holding, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).