2.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/12


Noti ta' Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2012/C 156/07

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 99

2309   Preparazzjonijiet ta’ tip użat f’għalf tal-annimali

Il-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar jinbidel bit-test li ġej:

“Prodotti li l-kontenut ta' lamtu tagħhom huwa anqas minn 0,5 % ma għandhomx jitqiesu bħala prodotti li fihom il-lamtu. Il-Kromotografija b’fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli (HPLC) għandha tintuża għad-dożaġġ tal-glukożju (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2008 (ĠU L 249, 18.9.2008, p. 9)).”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.