2008R0101 — MT — 25.02.2008 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 101/2008

ta’ l-4 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità

(ĠU L 031, 5.2.2008, p.15)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 056, 29.2.2008, p. 65  (101/08)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 101/2008

ta’ l-4 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jfassal il-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għal-membri tal-familji tagħhom li qed jiċċaqilqu fil-Komunità ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi tar-Regolament (KEE) Nru 574/72.

(2)

L-emendi proposti jiġu minn deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri kkonċernati jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jagħżlu l-awtoritajiet li huma responsabbli sabiex jassiguraw li l-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali hi implimentata skond il-liġi tal-Komunità.

(3)

L-iskemi li għandhom jitqiesu waqt il-kalkolu ta’ l-ispejjeż annwali medja tal-benefiċċji in natura, skond l-Artikolu 94 u l-Artikolu 95 jew ir-Regolament (KEE) Nru 574/72, huma elenkati fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-opinjoni unanima tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li Jmorru Jaħdmu f’Pajjiżi Oħra ntlaħqet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-Annessi 1 sa 7 u l-Annessi 9 u 10 għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

1. L-Anness 1 huwa emendat kif ġej: It-taqsima “S. AWSTRIJA” tinbidel b’dan li ġej:

“S.   AWSTRIJA

1. Bundesminister für Soziales und Konsumentenschutz (il-Ministru Federali tas-Siġurtà Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur), Vjenna.

2. Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit (il-Ministru Federali ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u x-Xogħol), Vjenna.

3. Bundesminister für Gesundheit, Familie und Jugend (il-Ministru Federali tas-Saħħa, il-Familja u ż-Żgħażagħ), Vjenna.

4. Skemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil Bundeskanzler (Kanċillier Federali), Vjenna, jew il-gvern provinċjali kkonċernat.”

2. L-Anness 2 huwa emendat kif ġej:

(a) Fit-Taqsima “R. OLANDA”, punt 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5. Benefiċċji mogħtija lill-familja:

L-Att dwar il-Benefiċċju Ġenerali tat-Tfal (Algemene Kinderbijslagwet):

(a) meta l-persuna intitolata għal benefiċċji hi residenti fl-Olanda:

L-uffiċċju lokali ta’ l-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank ) fid-distrett fejn toqgħod;

(b) fejn il-persuna intitolata għall-benefiċċji hi residenti barra mill-Olanda, imma min iħaddimha hu residenti jew huwa stabbilit fl-Olanda:

L-uffiċċju lokali ta’ l-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank ) li min iħaddimha jkun joqgħod jew hu stabbilit fid-distrett tiegħu;

(c) każijiet oħra:

Sociale Verzekeringsbank, Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen.

L-Att dwar il-Kura tat-Tfal (Wet Kinderopvang):

L-Uffiċċju tat-Taxxa/tas-Servizz ta’ Benefiċċji (Belastingsdienst/Toeslagen).”

(b) It-Taqsima “T. POLONJA” hi emendata kif ġej:

(i) Il-Punti 2(a), (b), (c) u (d) huma sostitwiti kif ġej:

“(a) għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom minbarra l-bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonali u uffiċjali li temmew perjodi ta’ servizz minbarra dawk imsemmija fis-subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i) u (e)(ii):

1. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Łódź – għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, li huma residenti fit-territorju ta’ Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru jew Malta;

b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakka u barranin, inklużi perjodi kkompletati dan l-aħħar fi Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru jew Malta;

2. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – il-Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Nowy Sącz – għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, li huma residenti fit-territorju ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja, is-Slovenja jew l-Iżvizzera;

b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakka u barranin, inklużi perjodi kkompletati dan l-aħħar fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja, is-Slovenja jew l-Iżvizzera;

3. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – il-Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Opole – għal persuni li temmew:

a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, li joqogħdu fit-territorju tal-Ġermanja;

b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakka u barranin, inklużi perjodi kkompletati dan l-aħħar fil-Ġermanja;

4. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali — ZUS) — Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Szczecin – għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju tad-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Latvja jew l-Estonja;

b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakka u barranin, inklużi perjodi kkompletati dan l-aħħar fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Latvja jew l-Estonja;

5. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – I Oddział w Warszawie — Centralne Biuro Obsługi Umów Międzynarodowych (I Fergħa f’Varsavja – Uffiċċju Ċentrali għall-Ftehimiet Internazzjonali) – għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju tal-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija jew ir-Renju Unit;

(b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi li mitmuma dan l-aħħar fil-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija jew ir-Renju Unit;

(b) għal persuni li dan l-aħħar kienu bdiewa jaħdmu għal rashom u li ma temmewx il-perjodi ta’ servizz imsemmija fis-subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

1. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Varsavja — għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: ta’ l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja jew l-Iżvezja;

(b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fl-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja jew l-Iżvezja;

2. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Tomaszów Mazowiecki — għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: ta’ Spanja, l-Italja jew il-Portugall;

(b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fi Spanja, l-Italja jew il-Portugall;

3. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Częstochowa — għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: ta’ Franza, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda jew l-Iżvizzera;

(b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fi Franza, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda jew l-Iżvizzera;

4. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Nowy Sącz — għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bulgarija jew ir-Rumanija;

(b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bulgarija jew ir-Rumanija;

5. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Poznań — għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju: tar-Renju Unit, l-Irlanda, il-Greċja, Malta jew Ċipru;

(b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Greċja, Malta jew Ċipru;

6. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Ostrów Wielkopolski — għal persuni li temmew:

(a) perjodi ta’ assigurazzjoni esklussivament Pollakki, residenti fit-territorju tal-Ġermanja;

(b) perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi li mitmuma dan l-aħħar fil-Ġermanja;

(c) għal suldati professjonali, uffiċjali militari tal-kontro-spjunaġġ u uffiċjali militari tas-Servizz Sigriet:

(i) fil-każ tal-pensjoni ta’ l-invalidati, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz militari, bħala uffiċjali militari tas-servizz tal-kontro-spjunaġġ u uffiċjali militari fis-Servizz Sigriet;

(ii) fil-każ tal-pensjoni tax-xjuħ, jekk perjodu ta’ servizz, imsemmi fis-subpunti (c) sa (e), jammonta għal total għal mill-anqas10 snin għal dawk issensjati mis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 1983, jew 15-il sena għal dawk issensjati mis-servizz wara l-31 ta Diċembru 1982;

(iii) fil-każ tal-pensjoni għas-superstiti, jekk il-kundizzjoni tas-subpunt (c)(i) jew (c)(ii) hu ssodisfat:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja);

(d) għall-uffiċjali tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Protezzjoni ta’ l-Istat uffiċjali, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għas-Sigurtà Interna, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għall-Informazzjoni Diplomatika (servuzzi tas-sigurtà pubblika), uffiċjali ta’ l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Kontra l-Korruzzjoni, uffiċjali Għassiesa tal-Fruntieri, uffiċjali fl-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Gvern u Brigati Nazzjonali tat-Tif tan-Nar uffiċjali:

(i) fil-każ tal-pensjoni ta’ l-invalidati, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkati;

(ii) fil-każ tal-pensjoni tax-xjuħ, jekk perjodu ta’ servizz, imsemmi fis-subpunti (c) sa (e), jammonta għal total ta’ mill-anqas 10 snin għal dawk issensjati mis-servizz qabel l-1 ta’ April 1983, jew 15-il sena għal dawk issensjati mis-servizz wara l-31 ta’ Marzu 1983;

(iii) fil-każ tal-pensjoni għas-superstiti, jekk il-kundizzjoni tas-subpunt (d)(i) jew (d)(ii) hu ssodisfat:

Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja);”

(ii) Il-Punt 3(b)(ii) hu sostitwit bli ġej:

“(ii) id-diżabilità jew mewt ta’ dak li jaqla’ l-paga ewlenija:

 għal persuni li kienu impjegati jew jaħdmu għal rashom (minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom) fiż-żmien meta r-riskju mmaterjalizza u għal persuni li kienu gradwati mingħajr impjieg imsemmija għal taħriġ jew taħriġ intern meta mmaterjalizza r-riskju:

 l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkat f’punt 2, subpunt (a),

 għal persuni li kienu jaħdmu għal rashom f’dak iż-żmien bħala bdiewa meta r-riskju mmaterjalizza:

 l-unitajiet tal-Fond għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkat fil-punt 2, subpunt (b),

 għal suldati professjonisti u uffiċjali elenkati fil-punt 2 (c), jekk ir-riskju jimmaterjalizza matul il-perjodu tas-servizz militari jew ta’ servizz f’wieħed mit-taħriġ imsemmi fil-punt 2 subpunt (c):

 Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja),

 għal uffiċjali, imsemmija fil-punt 2, subpunt (d), jekk ir-riskju jimmaterjalizza matul il-perjodu ta’ servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkati fil-punt 2, subpunt (d):

 Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja),

 għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs, jekk ir-riskju jimmaterjalizza matul il-perjodu ta’ servizz ta’ din ix-xorta:

 Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja),

 għal imħallfin u prosekuturi: entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja;”

(iii) Il-Punt 4 (g) hu sostitwit bli ġej:

“(g) għal pensjonanti:

 li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema ta’ l-assigurazzjoni soċjali għal impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom, minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom:

 l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkat f’punt 2, subpunt (a),

 li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema ta’ l-assigurazzjoni għal bdiewa:

 l-unitajiet tal-Fond għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkat fil-punt 2, subpunt (b),

 li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema tal-protezzjoni tal-pensjoni għal suldati professjonali jew minn sistema li tipprovdi pensjoni għal uffiċjali msemmija fil-punt 2 subpunt (c):

 Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja),

 li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema tal-protezzjoni għal uffiċjali, imsemmija fil-punt 2, subpunt (d):

 Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-Amministrazzjoni f’Varsavja),

 li huma intitolati għal benefiċċji mis-sistema tal-protezzjoni tal-pensjoni għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

 Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja),

 li kienu mħallfin u prosekuturi:

 entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja.”

3. L-Anness 3 huwa emendat kif ġej:

(a) Fit-Taqsima “R. OLANDA”, il-punt 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Benefiċċji mogħtija lill-familja

(a) L-Att dwar il-Benefiċċju Ġenerali tat-Tfal (Algemene Kinderbijslagwet):

L-uffiċċju lokali ta’ l-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank ) li fid-distrett tiegħu hu residenti l-membru tal-familja;

(b) L-Att dwar il-Kura tat-Tfal (Wet kinderopvang):

L-Uffiċċju tat-Taxxa/tas-Servizz ta’ Benefiċċji (Belastingsdienst / Toeslagen).”

(b) It-Taqsima “T. POLONJA” hi emendata kif ġej:

(i) Il-Punt 2 hu sostitwit bli ġej:

“2.   (Pensjonijiet) ta’ l-invalidità, xjuħija u mewt

a) għal persuni li dan l-aħħar kienu impjegati jew jaħdmu għal rashom minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonisti u uffiċjali li temmew il-perjodi ta’ servizz li mhumiex dawk imsemmija fis-subpunti (c), (d) u (e):

1. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Łódź – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar fi Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru jew Malta;

2. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Nowy Sącz — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar: fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvizzera;

3. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Opole – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar fil-Ġermanja;

4. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Szczecin – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezzja, il-Litwanja, il-Latvja jew l-Estonja;

5. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – I Oddział w Warszawie — Centralne Biuro Obsługi Umów Międzynarodowych (I Fergħa f’Varsavja – Uffiċċju Ċentrali għall-Ftehimiet Internazzjonali) – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar fil-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija jew għar-Renju Unit;

(b) għal persuni li dan l-aħħar kienu bdiewa jaħdmu għal rashom u li ma kinux suldati professjonali jew uffiċjali imsemmija fis-subpunti (c), (d), (e):

1. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Varsavja — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki jew barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fl-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja jew l-Iżvezja;

2. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Tomaszów Mazowiecki — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmumin dan l-aħħar: fi Spanja, l-Italja jew il-Portugall;

3. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Częstochowa — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fi Franza, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda jew l-Iżvizzera;

4. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Nowy Sącz — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bulgarija jew ir-Rumanija;

5. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Poznań — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki jew barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar: fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Greċja, Malta jew Ċipru;

6. Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond ta’ l-Agrikultura għall-Assigurazzjoni Soċjali — KRUS) — Fergħa Reġjonali f’Ostrów Wielkopolski — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fil-Ġermanja;

(c) għal suldati professjonali, l-uffiċjali tas-Servizz Militari tal-Kontro-Spjunaġġ u l-uffiċjali tas-Servizz Sigriet Militari fil-każ ta’ perjodi Pollakki ta’ servizz u perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja), jekk ikunu l-istituzzjonijiet kompetenti msemmija fl-Anness 2(2)(c);

(d) għal uffiċjali tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Protezzjoni ta’ l-Istat l-uffiċjali ta’ l-Aġenzija għas-Sigurtà Interna, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għall-Informazzjoni Diplomatika (servizzi tas-sigurtà pubblika), l-uffiċjali ta’ l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Kontra l-Korruzzjoni, uffiċjali Għassiesa tal-Fruntieri, uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Gvern u l-uffiċjali tal-Brigati Nazzjonali tat-Tifi tan-Nar, fil-każ ta’ perjodi ta’ servizzi Pollakki u barranin il-perjodi ta’ assigurazzjoni:

Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2 il-punt 2, subpunt (d);

(e) għal Gwardjani tal-Ħabs fil-każ ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni Pollakki u barranin perjodi ta’ assigurazzjoni:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja) jekk l-istituzzjoni kompetenti tissemma fl-Anness 2(2)(c);

(f) għal imħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja;

(g) għal persuni li temmew b’mod esklussiv perjodi ta’ assigurazzjoni barranin:

1. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Łódź – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fi Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru jew Malta;

2. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa l-Uffiċċju f’Nowy Sącz — għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja jew is-Slovenja;

3. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Opole – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fil-Ġermanja;

4. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa ta’ l-Uffiċċju f’Szczecin – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Latvja, jew l-Estonja;

5. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – I Oddział w Warszawie — Centralne Biuro Obsługi Umów Międzynarodowych (I Fergħa f’Varsavja – Uffiċċju Ċentrali għall-Ftehimiet Internazzjonali) – għal persuni li temmew perjodi ta’ assigurazzjoni barranin, inklużi perjodi mitmuma dan l-aħħar fil-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija jew ir-Renju Unit.”

(ii) Il-Punt 3(b) hu sostitwit bli ġej:

“(b) benefiċċji fi flus kontanti:

(i) f’każ ta’ mard:

 l-uffiċċji lokali ta’ Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Istituzzjoni ghall-Assigurazzjoni Socjali — ZUS) b’ġurisdizzjoni territorjali fuq il-post ta’ residenza jew soġġorn,

 il-fergħat ta’ Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego (Fond għall-Assigurazzjoni ta’ l-Agrikultura — KRUS) b’ġurisdizzjoni territorjali fil-post ta’ residenza jew ta’ soġġorn;

(ii) id-diżabilità jew mewt ta’min jaqla’ l-paga ewlenija:

 għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom (minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom):

 l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(a),

 għal persuni li kienu reċentement bdiewa li jaħdmu għal rashom:

 l-unitajiet tal-Fond għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fil-punt 2(b),

 għas-suldati u l-uffiċjali elenkati fil-punt 2 subpunt (c), fil-każ ta’ perjodi Pollakki tas-servizz militari, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu tas-servizz militari jew servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkati fil-punt 2 subpunt (c) u l-perjodi barranin ta’ l-assigurazzjoni:

 Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (l-Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varżavja), jekk huwa l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(3)(b)(ii) it-tielet inċiż,

 għall-uffiċjali, imsemmija fil-punt 2(d), fil-każ tal-perjodi ta’ servizz Pollakk, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkat fil-punt 2(d) u perjodu barrani ta’ assigurazzjoni:

 Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2 (3)(b)(ii) ir-raba’ inċiż,

 għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs fil-każ ta’ perjodi Pollakki ta’ servizz u jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz imsemmi u ta’ perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

 Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(3)(b)(ii) fil-ħames inċiż,

 għal imħallfin u prosekuturi:

 entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja,

 għal persuni li temmew esklussivament perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

 l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(g).”

(iii) Il-Punt 4 (g) hu sostitwit b’li ġej:

“(g) għal pensjonanti:

 li huma intitulati għal benefiċċji minn sistema ta’ assigurazzjoni għal impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom, minbarra bdiewa li jaħdmu għal rashom:

 l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(a)

 intitolati għal benefiċċji minn sistemi ta’ assigurazzjoni soċjali għal bdiewa:

 l-unitajiet tal-Fond għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fil-punt 2(b)

 intitolati għal benefiċċji mis-sistema ta’ protezzjoni tal-pensjoni għal suldati professjonali jew mis-sistema li tipprovdi l-pensjoni għal uffiċjali msemmija fil-punt 2 subpunt (c):

 Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja)

 intitolati għal benefiċċji minn sistema ta’ protezzjoni tal-pensjoni għal uffiċjali, imsemmija fil-punt 2(d):

 Zakład Emerytalno-Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-Amministrazzjoni f’Varsavja)

 intitolati għal benefiċċji minn sistema ta’ protezzjoni tal-pensjoni għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

 Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja)

 intitolati għal benefiċċji minn sistema ta’ protezzjoni tal-pensjoni għal imħallfin u prosekuturi:

 entitajiet speċjalizzati fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja

 għal persuni li qed jirċievu esklussivament pensjonijiet minn barra l-pajjiż:

 l-unitajiet ta’ l-Istituzzjoni għall-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(g).”

4. L-Anness 4 huwa emendat kif ġej:

Fit-Taqsima “S. AWSTRIJA”, il-punt 3 mibdul b’dan li ġej:

“3. Benefiċċji marbutin mal-familja

(a) Benefiċċji tal-familja b’eċċezzjoni tas-sussidju għall-kura tat-tfal (Kinderbetreungsgeld):

Bundesministerium für Gesundheit, Familie und Jugend (il-Ministeru Federali tas-Saħħa, il-Familja u ż-Żgħażagħ), Vjenna;

(b) Sussidju għall-kura tat-tfal (Kinderbetreuungsgeld):

Niederösterreichische Gebietskrankenkasse (Fond għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa ta’ l-Awstrija tan-Nofsinhar) — ċentru kompetenti għas-sussidju għall-kura tat-tfal.”

5. L-Anness 5 huwa emendat kif ġej:

►C1  (a) It-Taqsima “14. IL-BELĠJU – IL-LUSSEMBURGU” jinbidlu b’dan li ġej:

“14.   IL-BELĠJU – IL-LUSSEMBURGU ◄

(a) 

(b) 

(c) Il-Ftehim tat-28 ta’ Jannar 1961 dwar l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

(d) 

(e) Il-Ftehim tas-16 ta’ April 1976 dwar ir-rinunzja tar-rimborż ta’ l-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi, adottat skond l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament ta’ l-Implimentazzjoni.

(f) …”

(b) It-Taqsima “48. IL-BULGARIJA – IS-SLOVAKKJA” jinbidlu b’dan li ġej:

“48.   IL-BULGARIJA – IS-SLOVAKKJA

Xejn.”

(c) It-Taqsima “89. ID-DANIMARKA – SPANJA” jinbidlu b’dan li ġej:

“89.   ID-DANIMARKA – L-OLANDA

(a) Il-Ftehim tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-rimborż ta’ l-ispejjeż għal benefiċċji in natura skond ir-Regolamenti 1408/71 u 574/72.

(b) L-iskambju ta’ ittri tat-30 ta’ Marzu u tal-25 ta’ April 1979 rigward l-Artikoli 70 (3) tar-Regolament u ta’ l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (rinunzja għar-rimborż ta’ spejjeż ta’ benefiċċji mħallsa skond l-Artikolu 69 tar-Regolament u għal spejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi).”

(d) It-Taqsima “113. IL-ĠERMANJA – IL-POLONJA” jinbidlu b’dan li ġej:

“113.   IL-ĠERMANJA – IL-POLONJA

(a) Il-Ftehim tal-11 ta’ Jannar 1977 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1975 dwar il-pensjonijiet u l-benefiċċji għal aċċidenti fuq ix-xogħol.

(b) 

(c) L-Artikolu 26 tal-Ftehim ta’ l-24 ta’ Ottubru 1996 dwar rinunzja ta’ spiża ta’ ħlas għal viżti, osservazzjoni u spejjeż ta’ vvjaġġar mediċi ta’ tobba u persuni inxurjati għall-fini ta’ benefiċċji bi flus kontanti f’każ ta’ mard u maternità.”

6. L-Anness 6 huwa emendat kif ġej:

(a) It-Taqsima “B. IL-BULGARIJA” qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“B.   IL-BULGARIJA

1. negozjati mal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit: pagament dirett.

2. negozjati mal-Ġermanja: pagamenti permezz ta’ entitajiet ta’ koordinament.”

(b) It-Taqsima “T. POLONJA” hi sostitwita bli ġej:

“T.   IL-POLONJA

pagament dirett.”

7. L-Anness 7 huwa emendat kif ġej:

It-Taqsima “B. IL-BULGARIJA” qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“B.   IL-BULGARIJA

Българска Народна Банка (Bank Nazzjonali tal-Bulgarija), София.”

8. L-Anness 9 huwa emendat kif ġej:

It-Taqsima “B. IL-BULGARIJA” qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“B.   IL-BULGARIJA

L-ispiża medja annwali għall-benefiċċji in natura għandha tiġi kkalkulata billi jiġu kkunsidrati l-benefiċċji in natura mogħtija skond il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa, il-Liġi dwar is-Saħħa u l-Liġi dwar l-Integrazzjoni ta’ Persuni b’Diżabilitajiet.”

9. L-Anness 10 huwa emendat kif ġej:

(a) It-Taqsima “B. IL-BULGARIJA” qed tinbidel ma’ dan li ġej:

“B.   IL-BULGARIJA

1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 14c, 14d (3) u 17 tar-Regolament:

 Национална агенция за приходите (Aġenzija tar-Revenue Nazzjonali), София.

2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 (1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

 Национална агенция за приходите (Aġenzija tar-Revenue Nazzjonali), София.

3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’:

a). L-Artikoli 8 u 38(1) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni:

 Министерство на здравеопазването (Ministeru tas-Saħħa), София,

 Национална здравноосигурителна каса (Fond Nazzjonali għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa), София;

 Национален осигурителен институт (Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali), София;

b). L-Artikoli 10b, 11(1), 11a(1), 12a, 13(3), 14(1), (2) u (3) u l-Artikolu 109 tar-Regolament ta’ implimentazjoni:

 Национална агенция за приходите (Aġenzija tar-Revenue Nazzjonali), София.

4. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 70(1), 80(2), 81, 82(2) u 110 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni:

 Национален осигурителен институт (Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali), София.

5. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 86 (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

 Агенция за социално подпомагане (Aġenzija għall-Assistenza Soċjali), София.

6. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 102(2) u 113(2)tar-Regolament ta’ implimentazzjoni:

 Министерство на здравеопазването (Ministeru tas-Saħħa), София,

 Национална здравноосигурителна каса (Fond Nazzjonali għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa), София.”

(b) It-Taqsima “E. IL-ĠERMANJA” il-punt 2 qed tinbidel bli ġej:

“2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’:

 l-Artikoli 14(1)(a),14b(1) tar-Regolament u, f’każ ta’ ftehimiet skond l-l-Artikolu 17 tar-Regolament, flimkien ma’ l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni,

 l-Artikoli 14a(1)(a) u 14b(2) u, f’każ ta’ ftehimiet skond l-Artikolu 17 tar-Regolament, flimkien ma’ l-Artikolu 11a tar-Regolament ta’ implimentazzjoni,

 l-Artikoli 14(2), 14(3), 14a(2) sa (4), u 14c(a) u, fil-każ ta’ ftehimiet skond l-Artikolu 17 tar-Regolament, flimkien ma’ l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ implimentazzjoni:

 

(i) persuni inxjurjati b’assigurazzjoni kontra l-mard:

 l-istituzzjoni nxurjati magħha, u wkoll l-awtoritajiet doganali fir-rigward tal-kontroll;

(ii) persuni mhux inxurjati b’assigurazzjoni kontra l-mard u mhux koperti bi skema tal-pensjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ professjonisti:

 l-istituzzjoni kompetenti ta’ l-assigurazzjoni tal-pensjoni, kif ukoll l-awtoritajiet doganali fir-rigward tal-kontrolli;

(iii) persuni mhux inxurjati b’assigurazzjoni kontra l-mard iżda koperti bi skema ta’ pensjoni ta’ assoċjazzjoni professjonali:

 Arbeitsgemeinschaft Berufsständischer Versorgungseinrichtungen (Konsorzju ta’ Skemi ta’ Pensjoni ta’ Assoċjazzjoni Professjonali), Köln, u wkoll l-awtoritajiet doganali fir-rigward tal-kontrolli.”

(c) Fit-Taqsima “S. AWSTRIJA”, il-punt 1 mibdul b’dan li ġej:

“1. Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14(1)(b), l-Artikolu 14a(1)(b) u l-Artikolu 17 tar-Regolament:

Bundesminister für Soziales und Konsumentenschutz (Ministru Federali tas-Siġurtà Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur) bi ftehim mal-Bundesminister für Gesundheit, Familie und Jugend (Ministru Federali tas-Saħħa, il-Familja u ż-Żgħażagħ) bi ftehim ma’ l-amministrazzjoni rispettiva fir-rigward ta’ l-iskemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil u bi ftehim ma’ l-istituzzjoni rispettiva tal-pensjoni fir-rigward ta’ l-iskemi ta’ pensjoni ta’ l-assoċjazzjoni tal-professjonijiet liberali (Kammern der Freien Berufe).”

(d) It-Taqsima “T. POLONJA” hi emendata kif ġej:

(i) Il-Punt 5 hu sostitwit bli ġej:

“5. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 38 (1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

(a) għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom bl-eċċezzjoni tal-bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonali u uffiċjali li temmew perjodi ta’ servizz minbarra dawk imsemmija fis-subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-anness 3 subpunt (a);

(b) għal persuni li kienu reċentement jaħdmu bhala bdiewa għal rashom u li ma temmewx perjodi ta’ servizz imsemmija fl-anness 2 punt 2 subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Fond ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fl-anness 3 subpunt (b);

(c) għal suldati professjonali, l-uffiċjali tas-Servizz Militari tal-Kontro-Spjunaġġ u uffiċjali tas-Servizz Sigriet Militari:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja), jekk hi l-istituzzjonijiet kompetenti msemmija fl-Anness 2(2)(c);

(d) għal uffiċjali tal-Pulizija, uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tal-Protezzjoni ta’ l-Istat, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għas-Sigurtà Interna, uffiċjali ta’ l-Aġenzija għall-Informazzjoni Diplomatika (servizzi ghas-sigurtà pubblika), uffiċjali ta’ l-Uffiċċju Ċentrali Kontra l-Korruzzjoni, uffiċjali tal-Gwardja tal-Fruntieri, uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Gvern u uffiċjali tal-Brigata Nazzjonali għat-tifi tan-nar:

Zakład Emerytalno - Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (d);

(e) għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja) jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (e);

(f) għall-imħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja;

(g) għal persuni li temmew esklussivament perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

unitajiet ta’ l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-Anness 3(2)(g).”

(ii) Il-Punt 6 hu sostitwit bli ġej:

“6. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 70 (1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

(a) Benefiċċji fit-tul:

(i) għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom minbarra l-bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonali u uffiċjali li temmew perjodi ta’ servizz minbarra dawk imsemmija fl-anness 2 punt 2 subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-anness 3 subpunt (a);

(ii) għal persuni li kienu reċentement jaħdmu bħala bdiewa għal rashom u li ma temmewx perjodi ta’ servizz imsemmija fl-anness 2 punt 2 subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Fond ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fl-anness 3 subpunt (b);

(iii) għal suldati professjonali, l-uffiċjali tas-Servizz Militari tal-Kontro-Spjunaġġ u uffiċjali tas-Servizz Sigriet Militari:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja), jekk hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(2)(c);

(iv) uffiċjali msemmija fil-punt 5 subpunt (d):

Zakład Emerytalno - Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (d);

(v) għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja) jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (e);

(vi) għal imħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja;

(vii) għal persuni li temmew esklussivament perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:

unitajiet ta’ l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-Anness 3(2)(g).”

(iii) Il-Punt 10 hu sostitwit bli ġej:

“10. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 91 (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

(a) għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 77 tar-Regolament:

Ċentru reġjonali tal-politika Soċjali kompetenti fir-rigward tal-post tar-residenza jew ta’ soġġorn ta’ persuna intitolata għal benefiċċju;

(b) għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 78 tar-Regolament:

(i) għal persuni li kienu reċentement impjegati jew jaħdmu għal rashom bl-eċċezzjoni tal-bdiewa li jaħdmu għal rashom u għal suldati professjonali u uffiċjali li temmew perjodi ta’ servizz minbarra dawk imsemmija fis-subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fl-anness 3 subpunt (a);

(ii) għal persuni li kienu reċentement jaħdmu bħala bdiewa għal rashom u li ma temmewx perjodi ta’ servizz imsemmija fl-anness 2 punt 2 subpunti (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (d)(ii), (e)(i), (e)(ii):

unitajiet ta’ Fond ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Agrikultura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fl-anness 3 subpunt (b);

(iii) għal suldati professjonali, l-uffiċjali tas-Servizz Militari tal-Kontro-Spjunaġġ u uffiċjali tas-Servizz Sigriet Militari:

Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni Militari f’Varsavja), jekk din hi l-istutuzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (c);

(iv) għal uffiċjali msemmija fil-punt 5 subpunt (d):

Zakład Emerytalno - Rentowy Ministerstwa Spraw Wewnętrznych i Administracji w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Interni u Amministrazzjoni f’Varsavja), jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (d);

(v) għal uffiċjali tal-Gwardjani tal-Ħabs:

Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (Uffiċċju tal-Pensjoni tas-Servizz tal-Ħabs f’Varsavja) jekk din hi l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-anness 2 punt 2 subpunt (e);

(vi) għal dawk li qabel kienu mħallfin u prosekuturi:

entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja.”



( 1 ) ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2007 (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 6).