Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Rechtbank Haarlem - Interpretazzjoni u validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/94, tad-9 ta’ Marzu 1994, li jemenda l‑Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 68, p. 15), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, p. 1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1871/2003, tat-23 ta’ Ottubru 2003, li jemenda l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 493) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003, tat-30 ta’ Diċembru 2003, li jemenda l-Anness I tar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in nomenklatura tat-tariffi u l-istatisika u dwar it-Tariffa Dognanali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 15, p. 231) - Biċċiet tat tiġieġ, iddissussati, iffriżati u mmellħa - Klassifikazzjoni tariffarja.

Parti operattiva

Dispożittiv

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom id‑dikjarazzjonijiet doganali għat-tqegħid f’ċirkulazzjoni libera ġew magħmula qabel is-27 ta’ Settembru 2005, la huwa possibbli li tiġi invokata d-deċiżjoni tal‑Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), tas-27 ta’ Settembru 2005, li tadotta rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO (WT/DS269/AB/R, WT/DS286/AB/R) u żewġ rapporti tal-Grupp Speċjali tad‑WTO (WT/DS269/R u WT/DS286/R), kif emendati bir-rapport tal-Korp tal‑Appell, fil‑kuntest tal-interpretazzjoni tan-nota addizzjonali 7 tal-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Maqgħuda, stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, u lanqas fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-validità ta’ din in-nota addizzjonali.