27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 — Kalmár vs Europol

(Kawża F-83/09) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Tkeċċija - Talba għal annullament - Ħlas tar-remunerazzjoni - Effett ta’ sentenza ta’ annullament)

2011/C 252/109

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Kalmár (Den Haag, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: D. C. Coppens, avukat)

Konvenuta: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Europol tal-4 u tal-24 ta’ Frar 2009 li jikkonċernaw it-tkeċċija tar-rikorrent u s-sospensjoni tal-funzjonijiet tiegħu waqt it-terminu ta’ avviż tat-tmiem tal-impjieg. Min-naħa l-oħra, talba sabiex ir-rikorrent jiġi kkumpensat għad-danni morali subiti minnu.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-4 ta’ Frar 2009, li permezz tagħha, id-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) ħassar il-kuntratt għal żmien determinat ta’ A. Kalmár, u d-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2009, li permezz tagħha d-Direttur tal-Europol ħeles lill-konvenut mill-obbligu li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu waqt it-terminu ta’ avviż tat-tmiem tal-impjieg kif ukoll id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2009 li tiċħad l-ilment tiegħu huma annullati.

(2)

Europol huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 000 bħala danni.

(3)

Il-bqija tar-rikors huwa mċħud.

(4)

Europol għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ A. Kalmár.


(1)  ĠU C 24, 30.01.10, p. 80.