10.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Awwissu 2011

dwar il-ħatra tal-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 234/06

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tal-25 ta’ Mejju 2011,

Billi:

(1)

Il-mandat ta' żewġ membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni li nħatru mill-Kummissjoni fuq rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini skada f'Lulju 2011.

(2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini rrakkomandat li dawn il-persuni jinħatru mill-ġdid.

(3)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin li jibdew fl-1 ta’ Settembru 2011.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura bħala membri mill-ġdid tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni għal mandat ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Settembru 2011:

 

Prof. János BORVENDÉG

 

Prof. Bruno SEPODES

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.