7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — P Oy

(Kawża C-6/12) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE - Kundizzjoni ta’ “selettività” - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(b)(i) - Għajnuna eżistenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxi fuq id-dħul tal-kumpanniji - Tnaqqis tat-telf sostnut - Nuqqas ta’ tnaqqis fil-każ ta’ bidla fil-proprjetarju - Awtorizzazzjoni għal derogi - Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni fiskali)

2013/C 260/17

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

P Oy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE — Sistema ta’ tnaqqis tat-telf tal-kumpanniji — Leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq id-dħul li tipprovdi li t-telf irreġistrat matul sena fiskali tista’ ssir tpaċija tiegħu u jista’ jitnaqqas minn profitti possibbli rreġistrati matul is-snin segwenti — Esklużjoni tat-tnaqqis tat-telf fil-każ ta’ bidla fil-proprjetarju matul is-sena fejn it-telf huwa rreġistrat jew wara dik is-sena — Eċċezzjoni għar-regola li teskludi t-tnaqqis f’każ ta’ raġunijiet validi marbuta mat-tkomplija tal-attività tal-kumpannija inkwistjoni

Dispożittiv

(1)

Sistema fiskali, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ tissodisfa l-kundizzjoni ta’ selettività bħala element tal-kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat”, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, kieku kellu jiġi stabbilit li s-sistema ta’ referenza, jiġifieri s-sistema “normali”, tikkonsisti fil-projbizzjoni tat-tnaqqis tat-telf fil-każ ta’ bdil fil-proprjetarju, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tal-Liġi Nru 1535/1992, tat-30 ta’ Diċembru 1992, dwar it-taxxa fuq id-dħul (Tuloverolaki), li, meta mqabbla mas-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista fit-tielet paragrafu ta’ dan l-artikolu tkun tikkostitwixxi eċċezzjoni. Tali sistema tista’ tkun iġġustifikata bin-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema li fiha hija tkun tinsab, b’tali ġustifikazzjoni teskludi li l-awtorità nazzjonali kompetenti, f’dak li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal deroga mill-projbizzjoni ta’ tnaqqis tat-telf, tista’ tibbenefika minn setgħa diskrezzjonali li tawtorizzaha sabiex tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha ta’ awtorizzazzjoni fuq kriterji li ma jeżistux f’din is-sistema fiskali. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex biżżejjed elementi sabiex tiddeċiedi dwar dawn il-klassifikazzjonijiet b’mod definittiv.

(2)

L-Artikolu 108(3) TFUE ma jipprekludix li sistema fiskali, bħalma hija dik prevista fl-ewwel u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 122 tal-Liġi Nru 1535/1992, fil-każ fejn din għandha tiġi kklassifikata bħala “għajnuna mill-Istat”, tkompli, minħabba n-natura “eżistenti” tagħha, tiġi applikata fl-Istat Membru li stabbilixxa din is-sistema fiskali, bla ħsara għall-kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea prevista fl-imsemmi Artikolu 108(3) TFUE.


(1)  ĠU C 58, 25.02.2012.