28.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 400/12


Avviż tal-Gvern Pollakk dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi fiż-żona ta' Ostrów Lubelski

2012/C 400/10

Il-proċedura tal-offerti tikkonċerna l-għoti ta' konċessjonijiet għall-prospettar u l-identifikazzjoni ta' depożiti taż-żejt u/jew tal-gass naturali fiż-żona ta' Ostrów Lubelski

Nru

Isem

Nru tal-Blokk

Ftehim tal-1992

X

Y

1

Ostrów Lubelski

278

422 876,59

761 234,91

423 370,18

770 611,14

410 714,38

777 425,73

410 064,68

765 287,07

L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.

L-applikazzjonijiet ta' konċessjoni jridu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent sa mhux aktar tard minn nofsinhar CET/CEST tal-aħħar jum tal-perjodu ta' 180 jum li jibda fil-jum ta' wara d-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet riċevuti se jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija proposta għax-xogħol (60 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (30 %);

(c)

it-tariffa proposta għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt tal-minjieri (10 %).

It-tariffa minima għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta' Ostrów Lubelski hija ta' PLN 14 817,63 fis-sena.

L-applikazzjonijiet se jinfetħu pubblikament fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent f'nofsinhar CET/CEST fl-erbatax-il jum tax-xogħol wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura ta' evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu avviż bil-miktub tar-riżultat tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzjar se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u l-identifikazzjoni ta' depożiti taż-żejt u/jew tal-gass naturali lir-rebbieħ tal-proċedura ta' evalwazzjoni tal-offerti wara li titqies l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u tikkonkludi miegħu kuntratt għall-użufrutt tal-minjieri.

In-negozju inkwistjoni jrid ikollu kemm drittijiet ta' użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni sabiex isir il-prospettar għad-depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lill-:

Ministeru tal-Ambjent

Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi

ul. Wawelska 52/54, pokój 146

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mis-:

Sit tal-Ministeru tal-Ambjent:

http://www.mos.gov.pl

Barbara Gąsecka

Speċjalista Prinċipali

Ministeru tal-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792444

Feks +48 225792460

Posta elettronika: barbara.gasecka@mos.gov.pl