22.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Al Matri vs Il-Kunsill

(Kawża T-545/13) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal użu ħażin ta’ fondi pubbliċi u persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Elenku ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Bażi fattwali insuffiċjenti - Żball ta’ fatt - Żball ta’ liġi - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 305/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fahed Mohamed Sakher Al Matri (Doha, il-Qatar) (rappreżentanti: M. Lester u B. Kennelly, barristers, u G. Martin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Gurov, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tat-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62), li ġiet implementata bid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2013 (ĠU L 204, p. 52), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 28, p. 38), kif ukoll bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157, tat-30 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 26, p. 29) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), li ġie implementat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 735/2013, tat-30 ta’ Lulju 2013 (ĠU L 204, p. 23), bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 28, p. 2), u bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 147/2015, tat-30 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 26, p. 3), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fahed Mohamed Sakher Al Matri għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 359, 7.12.2013.