2.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/5


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Settembru 2014

li tħassar id-Deċiżjoni 2006/464/KE dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu

(notifikata bid-dokument C(2014) 6566)

(2014/690/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-miżuri stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/464/KE (2) ma waqqfux it-tixrid tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu (żunżana tal-galla fil-qastan orjentali) kif jidher minn stħarriġ annwali mwettaq mill-Istati Membri skont dik id-Deċiżjoni. Dawk l-istħarriġiet ikomplu juru li d-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu nfirxet sew f'parti kbira taż-żona potenzjali ta' stabbiliment tagħha fit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għaċ-ċaqliq ta' pjanti suxxettibbli stabbiliti bid-Deċiżjoni 2006/464/KE mhumiex fattibbli u xieraq għal parti daqshekk kbira mit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/464/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/464/KE hija mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/464/KE tas-27 ta' Ġunju 2006 dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu (ĠU L 183, 5.7.2006, p. 29).