18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

94


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1084/2005

tat-8 ta' Lulju 2005

li jemenda l-Annessi II, III, u V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Jannar 2005, ma’tmiem il-Ftehim tad-WTO tat-Tessuti u l-Ħwejjeġ, tneħħew il-kwoti tat-tessuti u l-ħwejjeġ fuq l-importazzjonijiet tal-kategoriji tat-tessuti u l-ħwejjeġ fil-konfront tal-Membri tad-WTO.

(2)

Fit-13 ta' Diċembru 2004, qabel il-liberalizzazzjoni tal-kwoti, il-Komunità daħħlet sistema ta' sorveljanza bir-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/2004 (2) għall-35 kategorija tat-tessuti li kellhom x'jaqsmu mal-liberalizzazzjoni.

(3)

Il-Paragrafu 242 tar-Rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (3) (“RPĊ”) lid-WTO, (Klawżola ta' Ħarsien Speċifiku għat-Tessuti, jew “TSSC”) daħħal il-possibbiltà ta' miżuri ta' ħarsien speċifiku għall-esportazzjonijiet tat-tessuti Ċiniżi. Il-paragrafu jtenni li, fejn Membru tad-WTO jaħseb li minħabba xkiel fis-suq l-importazzjonijiet ta' tessuti ta' oriġini Ċiniża kienu se jimpedixxu l-iżvilupp tal-kummerċ f'dawn il-prodotti, il-Membru jista' jitlob konsultazzjonijiet ma’ l-RPĊ bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat jew evitat dan ix-xkiel fis-suq.

(4)

Bir-Regolament (KE) Nru 138/2003 (4), il-Kunsill daħħal l-Artikolu 10a fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 sabiex jittrasponu l-paragrafu 242 tar-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

(5)

Fis-6 ta' April 2005, il-Kummissjoni adottat linji ta' gwida indikattivi dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93, dwar klawżola ta' ħarsien speċifiku għat-tessuti (“il-Linji ta' Gwida”).

(6)

Il-Kummissjoni talbet u kellha konsultazzjonijiet formali ma’ l-RPĊ fil-qafas tal-paragrafu 242 tar-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Adeżjoni ta’ l-RPĊ mad-WTO u fil-qafas ta’ l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 għall-kategoriji tal-prodotti fejn l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-RPĊ inħasbu li qegħdin jheddu li jimpedixxu, minħabba xkiel fis-suq, l-iżvilupp ordnat tal-kummerċ. Konsultazzjonijiet bħal dawn ġew konklużi fl-10 ta’ Ġunju 2005 u wasslu għal soluzzjoni sodisfaċenti reċiproka għal-għaxar kategoriji ta’ prodotti. Ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet jidher fil-Memorandum ta' Ftehim dwar l-esportazzjoni ta' ċerti Prodotti tat-Tessuti u Ħwejjeġ Ċiniżi lill-Unjoni Ewropea bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru tal-Kummerċ tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina ta’ l-istess data.

(7)

Il-Memorandum ta’ Ftehim ikopri importazzjonijiet mill-RPĊ fil-Komunità ta’ għaxar kategoriji ta’ prodotti: il-kategorija 2 (tessuti tal-qoton), il-kategorija 4 (T-shirts), il-kategorija 5 (pulowvers), il-kategorIja 6 (qlieżet), il-kategorija 7 (blawses), il-kategorija 20 (bjankerija) il-kategorija 26 (ilbiesi), il-kategorija 31 (bras), il-kategorija 39 (bjankerija tal-mejda u tal-kċina) u l-kategorija 115 (ħjut ta' l-għażel jew tar-rami). Il-kodiċi doganali korrispondenti huma dawk imniżżla fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

(8)

Il-Kummissjoni temmen li l-importazzjonijiet ta’ oriġini Ċiniżi, minħabba l-eżistenza jew it-tehdida ta’ xkil fis-suq, jheddu li jfixklu l-iżvilupp ordnat tal-kummerċ skond il-paragrafu 242 tar-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Adeżjoni ta’ l-RPĊ mad-WTO u skond l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 għal dawn ir-raġunijiet:

(9)

L-importazzjonijiet tal-kategorija 2 (tessuti tal-qoton) li joriġinaw mill-RPĊ żdiedu b’71 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 124 % tal-livell ta’ twissija speċifikat fil-Linji ta’ Gwida (“il-livell ta’ twissija”). L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu kemm kemm, b’4 %, waqt dan l-istess perjodu. Madankollu, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet ta’ oriġini Ċiniżi niżlu b’21 % (skond id-data ta’ sorveljanza ta’ l-importazzjoni), ħafna aktar malajr mill-prezz medju ta' pajjiżi oħra (– 2 % imsejjes fuq id-data ta’ l-Eurostat bejn Jannar u Marzu). Din il-qagħda hi ħafna aktar akuta rigward importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sotto-kategorija 2A (tessuti tad-denim), filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005 żdiedu b’102 % meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004, filwaqt li l-importazzjonijiet totali żdiedu b’15 % u l-prezzijiet medji għal kull biċċa naqqsu b’20 %.

(10)

Importazzjonijiet tal-kategorija 4 (T-shirts) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’199 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur ta’ l-2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 197 % tal-livell ta’ twissija. Importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’24 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’37 %.

(11)

L-importazzjonijiet tal-kategorija 5 (pulowvers) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’530 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 194 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’14 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’42 %.

(12)

L-importazzjonijiet tal-kategorija 6 (qliezet) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’413 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 312 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’18 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’14 %.

(13)

L-importazzjonijiet tal-kategorija 7 (blawses) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’256 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 207 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’4 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’30 %.

(14)

Importazzjonijiet tal-kategorija 20 (bjankerija) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’158 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 107 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’6 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’34 %.

(15)

IL-importazzjonijiet tal-kategorija 26 (ilbiesi) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’219 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 212 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’1 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina żdied b’2 % kif irrapurtat mis-sistema ta’ sorveljanza. Madankollu, iċ-ċifri attwali ta’ l-Eurostat għall-ewwel erba’ xhur tas-sena juru nuqqas kbir ta’ 42 %.

(16)

L-importazzjonijiet tal-kategorija 31 (bras) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’110 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 145 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’6 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’37 %.

(17)

L-importazzjonijiet tal-kategorija 39 (bjankerija tal-mejda u tal-kċina) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’64 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 110 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’10 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’39 %.

(18)

L-importazzjonijiet tal-kategorija 115 (ħjut ta' l-għażel jew tar-rami) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’55 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 150 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’40 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina baqa’ stabbli (żdied b’3 % skond iċ-ċifri tas-sorveljanza ta’ l-importazzjoni jew ma nbidilx skond l-Eurostat). Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-prezz medju għal kull biċċa ta’ l-importazzjonijiet ta’ oriġini Ċiniża huwa anqas mill-prezz medju li jitolbu l-produtturi tal-Komunità.

(19)

Il-livelli ta’ importazzjoni għal prodotti tat-tessuti u ħwejjeġ mill-RPĊ u arranġamenti ta’ implimentazzjoni oħrajn stipulati fil-Memorandum ta’ Ftehim għandhom ikunu trasposti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

(20)

L-Artikolu 27 ta’ l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 għandu jkun emendat biex id-dispożizzjonijiet ikunu aktar dettaljati għat-trasmissjoni tad-data mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistema ta’ sorveljanza statistika a posteriori għal ċertu produtti tat-tessuti.

(21)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(22)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu sabiex jipprovdi implimentazzjoni mgħaġġla tal-Memorandum ta’ Ftehim.

(23)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tat-Kumitat tat-Tessuti mwaqqaf mill-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, u V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 ġew emendati kif stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara jum il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2005 (ĠU L 162, 23.6.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 374, tat-22.12.2004, p. 1.

(3)  Dokument WT/MIN(01)3 ta’ l-10 ta’ Novembru 2001.

(4)  ĠU L 23, tat-28.1.2003, p. 1.


ANNESS

1.

L-Anness II qed jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS II

PAJJIŻI ESPORTATURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

 

Il-Belarussja

 

Iċ-Ċina

 

Ir-Russja

 

Is-Serbja

 

L-Ukraina

 

L-Użbekistan

 

Il-Vjetnam”

2.

L-Anness III hu emendat kif ġej:

a)

L-Artikolu 27 jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 27

Il-prodotti tat-tessuti mniżżla fit-tabelli C u D se jkunu suġġetti għal sistema ta' sorveljanza statistika a posteriori. Din is-sorveljanza għandha tkun kkontrollata skond l-iskema stipulata fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 (*) Wara r-rilaxx tal-prodotti għal moviment ħieles, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri se jgħarrfu lill-Kummissjoni, jekk possibbli kull ġimgħa iżda mhux aktar tard mit-12 ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel, tal-kwantitajiet totali importati u l-valur tagħhom, li jindika d-data tar-rilaxx tal-prodotti għall-moviment ħieles, l-oriġini tal-prodotti u n-numru ta’ l-ordni. Tagħrif bħal dan għandu jindika l-kodiċi tan-nomenklatura magħquda u fejn xieraq is-sottodiviżjonijiet TARIC, il-kategoriji tal-prodotti li jagħmlu parti minnhom, u fejn meħtieġ l-unitajiet supplimentari meħtieġa għal dak il-kodiċi tan-nomenklatura. It-tagħrif għandu jkun f’format kompatibbli mas-sistema ta’ Sorveljanza mmexxija mid-Direttorat-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali.

(*)  ĠU L 253 tal-11.10.1993, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148 tal-11.6.2005, p. 5).”"

b)

L-Artikolu 28(6) jiġi mibdul b'dan li ġej:

“6.   Dan in-numru għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż ta' esportazzjoni kif ġej:

Il-Belarussja = BY

Iċ-Ċina = CN

Is-Serbja = XS

L-Użbekistan = UŻ

Il-Vjetnam = VN,

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru ta' destinazzjoni li dwaru hemm xi ħsieb, jew grupp ta' Stati Membri, kif ġej:

AT = L-Awstrija

BL = Il-Benelux

ĊY = Ċipru

ĊZ = Ir-Repubblika Ċeka

DE = Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

DK = Id-Danimarka

EE = L-Estonja

GR = Il-Greċja

ES = Spanja

FI = Il-Finlandja

FR = Franza

GB = Ir-Renju Unit

HU = L-Ungerija

IE = L-Irlanda

IT = L-Italja

LT = Il-Litwanja

LV = Il-Latvja

MT = Malta

PL = Il-Polonja

PT = Il-Portugall

SE = L-Iżvezja

SI = Is-Slovenja

SK = Is-Slovakkja

numru b'ċifra waħda li jagħti s-sena tal-kwota jew is-sena li fiha ġew irreġistrati l-esportazzjonijiet, fil-każ ta' prodotti mniżżla fit-tabella A ta' dan l-Anness, li jikkorrispondi ma' l-aħħar ċifra ta' dik is-sena li tkun, pereżempju. ‘5’ għall-2005 u ‘6’ għall-2006.

numru b'żewġ ċifri li jagħti l-uffiċċju minn fejn ħarġet il-merkanzija fil-pajjiż esportatur,

numru b'ħames ċifri li b'mod konsekuttiv jibda minn 00001 sa 99999 mogħti lill-Istat Membru speċifiku ta' destinazzjoni.”

c)

It-Tabella B qed tinbidel b'dan li ġej:

“Pajjiżi u kategoriji suġetti għas-sistema ta’ sorveljanza

Pajjiż terz

Grupp

Kategorija

Unità

Iċ-Ċina

GRUPP 1 A

1

Tunnellati

3

Tunnellati

li minnhom 3a

Tunnellati

eż 20

Tunnellati

GRUPP IB

8

1 000 biċċa

GRUPP IIA

9

Tunnellati

22

Tunnellati

23

Tunnellati

GRUPP IIB

12

1 000 par

13

1 000 biċċa

14

1 000 biċċa

15

1 000 biċċa

16

1 000 biċċa

17

1 000 biċċa

28

1 000 biċċa

29

1 000 biċċa

78

tunnellati

83

tunnellati

GRUPP III A

35

tunnellati

GRUPP III B

97

tunnellati

GRUPP IV

117

tunnellati

118

tunnellati

122

tunnellati

GRUPP V

136A

tunnellati

156

tunnellati

157

tunnellati

159

tunnellati

163

tunnellati”

3.

L-Anness V qed jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI TAL-KOMUNITÀ

a)   applikabbli għas-sena 2005

(Id-deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti tidher fl-Anness I)

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

Limiti kwantitattivi tal-Komunità

2005

Il-Belarussja

GRUPP 1A

 

 

1

Tunnellati

1 585

2

Tunnellati

5 100

3

Tunnellati

233

GRUPP IB

 

 

4

1 000 biċċa

1 600

5

1 000 biċċa

1 058

6

1 000 biċċa

1 400

7

1 000 biċċa

1 200

8

1 000 biċċa

1 110

GRUPP IIA

 

 

9

Tunnellati

363

20

Tunnellati

318

22

Tunnellati

498

23

Tunnellati

255

39

Tunnellati

230

GRUPP IIB

 

 

12

1 000 par

5 958

13

1 000 biċċa

2 651

15

1 000 biċċa

1 500

16

1 000 biċċa

186

21

1 000 biċċa

889

24

1 000 biċċa

803

26/27

1 000 biċċa

1 069

29

1 000 biċċa

450

73

1 000 biċċa

315

83

Tunnellati

178

GRUPP IIIA

 

 

33

Tunnellati

387

36

Tunnellati

1 242

37

Tunnellati

463

50

Tunnellati

196

GRUPP IIIB

 

 

67

Tunnellati

339

74

1 000 biċċa

361

90

Tunnellati

199

GRUPP IV

 

 

115

Tunnellati

87

117

Tunnellati

1 800

118

Tunnellati

448

Is-Serbja (1)

GRUPP 1A

 

 

1

Tunnellati

 

2

Tunnellati

 

2a

Tunnellati

 

3

Tunnellati

 

GRUPP IB

 

 

5

1 000 biċċa

 

6

1 000 biċċa

 

7

1 000 biċċa

 

8

1 000 biċċa

 

GRUPP IIA

 

 

9

Tunnellati

 

GRUPP IIB

 

 

15

1 000 biċċa

 

16

1 000 biċċa

 

GRUPP IIIB

 

 

67

Tunnellati

 

Il-Vjetnam (2)

GRUPP IB

 

 

4

1 000 biċċa

 

5

1 000 biċċa

 

6

1 000 biċċa

 

7

1 000 biċċa

 

8

1 000 biċċa

 

GRUPP IIA

 

 

9

Tunnellati

 

20

Tunnellati

 

39

Tunnellati

 

GRUPP IIB

 

 

12

1 000 par

 

13

1 000 biċċa

 

14

1 000 biċċa

 

15

1 000 biċċa

 

18

Tunnellati

 

21

1 000 biċċa

 

26

1 000 biċċa

 

28

1 000 biċċa

 

29

1 000 biċċa

 

31

1 000 biċċa

 

68

Tunnellati

 

73

1 000 biċċa

 

76

Tunnellati

 

78

Tunnellati

 

83

Tunnellati

 

GRUPP IIIA

 

 

35

Tunnellati

 

41

Tunnellati

 

GRUPP IIIB

 

 

10

1 000 par

 

97

Tunnellati

 

GRUPP IV

 

 

118

Tunnellati

 

GRUPP V

 

 

161

Tunnellati

 

b)   applikabbli għas-snin 2005, 2006 u 2007.

(Id-deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti tidher fl-Anness I)

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

Limiti kwantitattivi tal-Komunità

11 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru (3)

2006

2007

Iċ-Ċina

GRUPP 1A

 

 

 

 

2(inkluż 2a)

tunnellati

26 217

61 948

69 692

GRUPP IB

 

 

 

 

4

1 000 biċċa

150 985

540 204

594 225

5

1 000 biċċa

68 974

199 704

219 674

6

1 000 biċċa

104 045

348 072

382 880

7

1 000 biċċa

24 761

80 493

88 543

GRUPP IIA

 

 

 

 

20

tunnellati

6 451

15 795

17 770

39

tunnellati

5 521

12 349

13 892

GRUPP IIB

 

 

 

 

26

1 000 biċċa

7 959

27 001

29 701

31

1 000 biċċa

96 086

225 692

248 261

GRUPP IV

 

 

 

 

115

tunnellati

1 911

4 740

5 214


(1)  Restrizzjonijiet kwantitattivi għas-Serbja ma japplikawx fi qbil mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u s-Serbja dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti (ĠU L 90, tat-8.4,2005. p. 36). Il-Komunità Ewropea għandha d-dritt li tapplika mill-ġdid ir-restrizzjonijiet kwantitattivi taħt ċerti cirkostanzi.

(2)  Restrizzjonijiet kwantitattivi għall-Vjetnam huma sospiżi fi qbil mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-aċċess għas-suq (ĠU L 75, tat-22.3.2005, p. 35). Il-Komunità Ewropea għandha id-dritt li tapplika mill-ġdid ir-restrizzjonijiet kwantitattivi taħt ċerti cirkostanzi.

(3)  Importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li ntbagħtu qabel il-11 ta’ Ġunju 2005 imma li ġew ippreżentati għal moviment ħieles fil- jew wara d-data, mhumiex suġġetti għal-limiti kwantittativi. Awtrorizzazzjonijiet fuq l-importazzjoni għal prodotti bħal dawn jingħataw awtomatikament u mingħajr limiti kwantitattivi mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, fuq prova xierqa, bħall-polza tat-tagħbija, u l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ffirmata mill-importatur, li l-merkanzija ntbagħtet qabel dik id-data. Minħabba d-deroga ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93, importazzjonijiet tal-merkanzija li ntbagħtet qabel il-11 ta’ Ġunju 2005 għandhom jiġu rrilaxxati wkoll għall-moviment ħieles fuq preżentazzjoni ta’ dokument ta’ sorveljanza maħruġ skond l-Artikolu 10a(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

Awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni ta’ merkanzija li ntbagħtet bejn il-11 ta’ Ġunju 2005 u t-12 ta’ Lulju 2005 għandhom jingħataw awtomatikament u ma jistgħux jinċaħdu fuq il-bażi li m’hemm l-ebda kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantittativi ta’ l-2005. Madankollu, l-importazzjoni tal-prodotti kollha li ntbagħtet mill-11 ta’ Ġunju 2005 sejra tingħadd skond il-limiti kwantitattivi ta’ l-2005.

L-għotja ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni mhix se teħtieġ il-preżentazzjoni tal-liċenżji korrispondenti ta’ esportazzjonijiet għall-merkanzija ttrasportata qabel maċ-Ċina toħloq is-sistema tagħha ta’ liċenzjar ta’ esportazzjoni (20 ta’ Lulju 2005).

Applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għall-importazzjoni ta’ merkanzija li ntbagħtet bejn il-11 ta’ Ġunju 2005 u d-19 ta’ Lulju 2005 (inklużi) għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru mhux aktar tard mill-15 ta’ Awissu 2005.”