14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – TVR Automotive vs UASI – Cardoni (TVR ENGINEERING)

(Kawża T-781/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Kumunitarja figurattiva TVR ENGINEERING - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti TVR - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 098/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Fabio Cardoni (Milan, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2532/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn TVR Automotive Ltd u M. Fabio Cardoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TVR Automotive Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.