2004D9003 — MT — 29.07.2008 — 003.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT TA' POLITIKA U TA' SIGURTÀ BiH/3/2004

tad-29 ta' Settembru 2004

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina

(2004/739/PESK)

(ĠU L 325 28.10.2004, p. 64)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/5/2004 tat-3 ta' Novembru 2004

  L 357

39

2.12.2004

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/8/2006 tal-15 ta' Marzu 2006

  L 96

14

5.4.2006

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/13/2008 tad-29 ta’ Lulju 2008

  L 237

90

4.9.2008




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT TA' POLITIKA U TA' SIGURTÀ BiH/3/2004

tad-29 ta' Settembru 2004

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina

(2004/739/PESK)



IL-KUMITAT TA' POLITIKA U TA' SIGURTÀ

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat- 12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 11 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat ta' Politika u ta' Sigurtà (PSC) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina.

(2)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7, 8 u 9 ta' Diċembru 2000 u ta' Brussel ta' l-25 u l-25 ta' Ottubru 2002 stabbilixxew l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet għall-immaniġġar ta' kriżi u l-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri.

(3)

Il-Kumitat ta' Kontributuri ser ikollu rwol prinċipali fl-immanniġġjar ta' kuljum ta' l-operazzjoni; il-Kumitat ser ikun il-forum prinċipali fejn Stati kontribwenti kollettivament jeżaminaw kollettivament il-kwistjonijied dwar l-impjieg tal-forzi tagħhom fl-operazzjoni; il-Kumitat ta' Politika u ta' Sigurtà, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-operazzjoni, ser jieħu kont ta' l-opinjonijiet espressi mill-Kumitat ta' Kontributuri.

(4)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, d-Danimarka ma tieħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk id-Danimarka ma tieħux sehem fl-iffinanzjar ta' l-operazzjoni.

(5)

Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen adotta fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 Dikjarazzjoni li tiddikjara li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehim ta' sigurtà bilaterali man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Stabbiliment

Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-CoC”) huwa b'dan stabbilit.

Artikolu 2

Funzjonijiet

It-termini ta' referenza tal-CoC huma stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza (7, 8 u 9 ta' Diċembru 2000) u ta' Brussel (24 u 25 ta' Ottubru 2002).

Artikolu 3

Komposizzjoni

1.  Il-membri tal-CoC għandhom ikunu kif ġej:

 dawk l-Istati Membri ta' l-UE li jieħdu sehem f'operazzjonijiet ta' l-UE mwettqa bl-użu ta' assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO;

 rappreżentanti ta' l-Istati terzi li jipparteċipaw fl-operazzjoni u li jipprovdu kontribuzzjonijiet militari sinifikattivi, kif ukoll rappreżentanti ta' Stati terzi oħra, imsemmija fl-Anness.

2.  Id-DGEUMS u l-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE huma wkoll intitolati li jattendu jew li jkunu rappreżentati fil-laqgħat tal-CoC.

Artikolu 4

Presidenza

Skond il-konklużjonijiet ta' Nizza u mingħajr preġudizzju għall-prerogativi tal-Presidenza, il-CoC għal din l-operazzjoni ser ikun presedut mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli jew ir-rappreżentant tiegħu b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Presidenza, megħjun mill-President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea (CEUMC) jew ir-rappreżentant tiegħu.

Artikolu 5

Laqgħat

1.  Il-CoC għandu jitlaqqa' mill-President fuq bażi regolari. Fejn iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, laqgħat ta' emerġenza jistgħu jitlaqqgħu fuq l-inizjattiva tal-President, jew fuq it-talba ta' membru.

2.  Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda proviżorja u dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-proċedimenti għandhom jiġu ċirkulati wara kull laqgħa.

3.  Rappreżentanti tal-Kummissjoni u persuni oħra jistgħu jiġu mistiedna għal partijiet rilevanti tad-diskussjoni, kif xieraq.

Artikolu 6

Proċedura

1.  Ħlief kif provdut fil-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Kumitat ta' politika u ta' Sigurtà u r-responsabbiltajiet tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE,

 l-unanimità tar-rappreżentanti ta' Stati li jikkontribwixxu għall-operazzjoni għandha tapplika meta l-CoC jieħu deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar ta' kuljum ta' l-operazzjoni;

 l-unanimità tal-membri tal-CoC għandha tapplika meta l-CoC jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar aġġustamenti possibbli għall-ippjanar operazzjonali, inklużi aġġustamenti possibbli għall-għanijiet.

L-astensjoni ta' membru ma għandhiex tipprekludi l-unanimità.

2.  Il-President għandu jistabbilixxi li l-maġġoranza tar-rappreżentanti ta' l-Istati intitolati li jieħdu sehem fil-deliberazzjonijiet tkun preżenti.

3.  Il-kwistjonijiet kollha ta' proċedura għandhom ikunu solvuti b'maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti fil-laqgħa.

4.  Id-Danimarka ma għandhiex tieħu sehem fi kwalunkwe deċiżjoni tal-Kumitat.

Artikolu 7

Kunfidenzjalità

1.  Ir-Regolamenti tal-Kunsill tas-Sigurtà għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-CoC. B'mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-CoC għandhom ikunu fil-pussess ta' clearances ta' sigurtà adegwati.

2.  Id-deliberazzjonijiet tal-CoC għandhom ikunu koperti mill-obbligu ta' segretezza professjonali, ħlief meta l-CoC b'mod unanimu jiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

▼M3




ANNESS

LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

 L-Albanija

 L-Arġentina

 Iċ-Ċilì

 L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 El Salvador

 Il-Gwatemala

 Il-Ħonduras

 Ir-Repubblika Dominikana

 L-Iżvizzera

 It-Turkija.



( 1 ) ĠU L 252, 28.07.2004, p. 10.