ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.102.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 102

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
22 ta' April 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 325/2009 tal-21 ta’ April 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 326/2009 tal-21 ta’ April 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Andruty kaliskie (IĠP)

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/2009 tal-21 ta' April 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ April 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

5

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/337/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2009 dwar id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III għad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2856)

7

 

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/338/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Marzu 2009 fuq it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (BĊE/2009/6)

12

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 325/2009

tal-21 ta’ April 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

93,2

MA

73,6

TN

139,0

TR

106,9

ZZ

103,2

0707 00 05

JO

155,5

MA

46,5

TR

135,2

ZZ

112,4

0709 90 70

JO

220,7

MA

28,1

TR

112,4

ZZ

120,4

0805 10 20

EG

44,9

IL

61,2

MA

44,3

TN

53,7

TR

56,6

US

49,7

ZZ

51,7

0805 50 10

TR

59,7

ZA

76,0

ZZ

67,9

0808 10 80

AR

83,3

BR

73,5

CA

124,7

CL

76,5

CN

73,0

MK

22,6

NZ

97,8

US

124,2

UY

62,9

ZA

80,7

ZZ

81,9

0808 20 50

AR

77,6

CL

75,1

CN

63,6

ZA

94,5

ZZ

77,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 326/2009

tal-21 ta’ April 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Andruty kaliskie (IĠP)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Andruty kaliskie” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 233, 11.9.2008, p. 16.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament

Klassi 2,4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

IL-POLONJA

Andruty kaliskie (IĠP)


22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 327/2009

tal-21 ta' April 2009

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ April 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ April 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta' Settembru 2009, u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sat-30 ta' Ġunju 2010 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ April 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta' Settembru 2009 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta' Settembru 2009 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2009, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji tal-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2009-30.9.2009

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.10.2009-31.12.2009

(kg)

1

09.4211

0,477182

2

09.4212

 (1)

27 783 000

4

09.4214

46,661832

5

09.4215

37,082166

6

09.4216

 (2)

1 267 610

7

09.4217

27,343152

8

09.4218

 (1)

3 478 800


Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji tal-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2009-30.6.2010

(%)

3

09.4213

1,692047


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ April 2009

dwar id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III għad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2856)

(2009/337/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda id-Direttiva 2004/35/KE (1), u b’mod partikolari, il-punt (g) tal-Artikolu 22(1) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni komuni tal-kriterji stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 2006/21/KE, huwa meħtieġ li tiġi definita metodoloġija u, fejn possibli, li jiġu stabbiliti il-limiti tal-valuri, waqt li jitqiesu t-tipi differenti ta’ faċilitajiet ta’ skart, l-imġieba tagħhom fit-terminu ta’ żmien qasir u f’dak twil kif ukoll matul il-fażi ta’ operazzjoni.

(2)

Huwa xieraq mil-lat tekniku li l-faċilitajiet tal-iskart li jkollhom biss skart inerti jew ħamrija mhux imniġġsa jiġu eżentati mill-valutazzjoni tal-kriterji dwar il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi jew skart perikoluż.

(3)

Il-periklu potenzjali li ġej minn faċilità tal-iskart jista’ jinbidel b’mod sinifikanti matul il-fażijiet operazzjonali u dawk ta’ għeluq tal-faċilità. B’hekk, huwa xieraq li ssir reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-faċilità kif meħtieġ u għall-inqas fl-aħħar tal-fażi operazzjonali.

(4)

Sabiex issir valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ mewt u periklu għas-saħħa tal-bniedem f’każijiet ta’ nuqqas ta’ integrità strutturali, jew tħaddim inkorrett, ta’ faċilità, il-preżenza permanenti attwali tan-nies fiż-żoni potenzjalment affettwati għandha titqies meta ssir valutazzjoni sinifikanti ta’ possibbiltà ta’ mewt jew periklu għas-saħħa tal-bniedem.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Faċilità tal-iskart għandha tiġi kklassifikata taħt il-Kategorija A skont l-ewwel inċiż tal-Anness III tad-Diretiva 2006/21/KE jekk il-konsegwenzi mbassra fit-terminu qasir jew fit-terminu twil ta’ falliment minħabba telf ta’ integrità, jew minħabba tħaddim inkorrett ta’ faċilità tal-iskart jistgħu jwasslu għal:

(a)

possibbiltà mhux negliġibbli ta’ mewt;

(b)

perikli serji għas-saħħa tal-bniedem;

(c)

perikli serji għall-ambjent.

2.   Għall-għan tal-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, iċ-ċiklu tal-ħajja kollha tal-faċilità, inkluża l-fażi ta’ wara l-għeluq, għandha titqies fil-valutazzjoni tal-periklu potenzjali tal-faċilità.

Artikolu 2

1.   Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, l-integrità strutturali ta’ faċilità tal-iskart għandha tfisser il-kapaċità li żżomm l-iskart fil-konfini tal-faċilità bil-mod li hi tkun ġiet iddiżinjata għalih.

2.   In-nuqqas ta’ integrità strutturali għandu jkopri l-mekkaniżmi possibbli kollha ta’ ħsara rilevanti għall-istrutturi tal-faċilità tal-iskart konċernata.

3.   Il-valutazzjoni tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ integrità strutturali għandha tinkludi l-impatt immedjat ta’ kwalunkwe materjal trasportat mill-faċilità bħala konsegwenza tal-ħsara u l-effetti fi żmien qasir u fit-tul li jirriżultaw minn dan.

Artikolu 3

1.   Għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni, it-tħaddim inkorrett tal-faċilità tal-iskart għandu jfisser kwalunkwe tħaddim li jista’ jwassal għal inċident kbir, inluż it-tħaddim ħażin tal-miżuri għall-protezjoni ambjentali u l-ippjanar difettuż jew mhux xieraq.

2.   Il-valutazzjoni tar-rilaxx ta’ kontaminanti li jirriżultaw minn tħaddim inkorrett għandha tinkludi l-effetti tar-rilaxx ta’ kontaminanti kemm fit-terminu qasir kif ukoll fit-terminu twil. Dik il-valutazzjoni għandha tkopri kemm il-perjodu operazzjonali tal-faċilità kif ukoll il-perjodu fit-tul wara l-għeluq. Hi għandha tinkludi valutazzjoni tal-perikli potenzjali li ġejjin minn faċilitajiet li għandhom skart reattiv, irrelevanti jekk l-iskart ġiex ikklassifikat bħala perikoluż fid-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE (3) jew le.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konsegwenzi ta’ ħsara minħabba n-nuqqas ta’ integrità strutturali jew tħaddim inkorrett ta’ faċilità tal-iskart skont il-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Il-possibilità ta’ mewt jew il-periklu għas-saħħa tal-bniedem għandha titqies negliġibbli jew mhux serja jekk in-nies apparti mill-ħaddiema li jħaddmu il-faċilità li jistgħu jiġu affettwati mhumiex mistennija li jkunu preżenti b’mod permanenti jew għal perjodi mtawwla fiż-żona potenzjalment affettwata. Il-ġrieħi li jwasslu għal diżabbilltà jew għal kundizzjonijiet mtawwla ta’ mard għandhom jitqiesu bħala perikoli serji għas-saħħa tal-bniedem.

3.   Il-periklu potenzjali għall-ambjent għandu jitqies mhux serju jekk:

(a)

l-intensità tas-saħħa tas-sors ta’ kontaminant potenzjali tkun qed tonqos b’mod sinifikanti fi żmien qasir;

(b)

il-ħsara ma twassalx għal xi ħsara ambjentali permanenti jew li ddum fit-tul;

(c)

l-ambjent affetwat jista’ jiġi restawrat permezz ta’ sforzi minuri ta’ tindif u restawr.

4.   Biex tiġi stabbilita l-possibbiltà ta’ mewt jew ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, l-evalwazzjonijiet speċifiċi tal-firxa tal-impatti potenzjali għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ katina ta’ sors-passaġġ-riċevitur.

Meta ma jkunx hemm passaġġ bejn is-sors u r-riċevitur, il-faċilità kkonċernata ma għandiex tiġi kklassifikata fil-Kategorija A abbażi tal-ħsara minħabba nuqqas ta’ integrità strutturali jew tħaddim inkorrett.

Artikolu 5

1.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ integrità strutturali ta’ digi, il-ħajjiet tal-bnedmin għandhom jitqiesu mhedda meta l-livelli tal-ilma jew tat-tajn huma mill-anqas 0,7 m 'l fuq mill-art jew fejn il-veloċità tal-ilma jew tat-taħlita jaqbżu 0,5 m/s.

2.   Il-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ mewt jew ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, għandha tinkludi għall-inqas il-fatturi li ġejjin:

(a)

id-daqs u l-propjetajiet tal-faċilità inkluż l-ippjanar tagħha;

(b)

il-kwantità u l-kwalità fosthom il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-iskart fil-faċilità;

(c)

it-topografija tas-sit tal-fakultà, inklużi l-karatteristiċi tad-damper;

(d)

iż-żmien li tieħu mewġa b’potenzjal ta’ għargħar biex tasal fiż-żona fejn hemm in-nies;

(e)

il veloċità tal- propagazzjoni tal-mewġa tal-għargħar;

(f)

il-livell previst tal-ilma jew tat-tajn;

(g)

ir-rata li biha qed jogħlew il-livelli tal-ilma u tat-tajn;

(h)

kwalunkwe fatturi rilevanti speċifiċi għas-sit li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà ta’ mewt jew ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 6

1.   F’każ ta’ żerżiq ta’ munzell skart kwalunkwe moviment ta’ massa ta’ skart għandu jitqies bħala theddida possibbli għall-ħajja tal-bnedmin jekk hemm nies li joqgħodu f’dik il-medda li fiha qed tiċċaqlaq il-massa ta’ skart.

2.   Il-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ mewt jew ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, għandha tinkludi għall-inqas il-fatturi li ġejjin:

(a)

id-daqs u l-proprjetajiet tal-faċilità inkluż l-ippjanar tagħha;

(b)

il-kwantità u l-kwalità fosthom il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-iskart fil-faċilità

(c)

l-angolu tal-inklinazzjoni tal-munzell;

(d)

il-possibbilta li jinġema ilma ta’ taħt l-art intern ġewwa l-munzell;

(e)

l-istabbiltà ta’ taħt l-art;

(f)

it-topografija;

(g)

il-viċinanza lejn nixxigħat, kostruzzjonijiet, bini;

(h)

xogħlijiet f’minjieri;

(i)

kwalunkwe fattur ieħor speċifiku għas-sit li jista’ jikkontribwixxi sinifikament għar-riskju kkawżat mill-istruttura.

Artikolu 7

1.   Il-limitu msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness III tad-Direttiva 2006/21/KE għandu jiġi ddeterminat, bħala l-proporzjon tal-piż fuq il-bażi ta’ materja niexfa ta’:

(a)

l-iskart kollu kklassifikat bħala perikoluż skont id-Direttiva 91/689/KEE u li mistenni jkun preżenti fil-faċilità fl-aħħar tal-perjodu ppjanat ta’ ħidma, u

(b)

l-iskart mistenni li jkun preżenti fil-faċilità fl-aħħar tal-perjodu ppjanat ta’ ħidma.

2.   Meta il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1 jaqbeż il-50 %, il-faċilità għandha tiġi kklassifikata bħala Kategorija A.

3.   Meta il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1 ikun bejn il-5 % u l-50 %, il-faċilità għandha tiġi kklassifikata bħala Kategorija A.

Madankollu, dik il-faċilità ma tistax tiġi kklassifikata bħala Kategorija A meta jkun hemm ġustifikat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit, b’konċentrazzjoni speċifika dwar l-effetti tal-iskart perikoluż, imwettqa bħala parti mill-klassifikazzjoni abbażi tal-konsegwenzi ta’ ħsara minħabba nuqqas ta’ integrità jew tħaddim inkorretta, u turi li l-faċilità ma għandhiex tiġi kklassifikata bħala Kategorija A abbażi tal-kontenuti ta’ skart perikoluż.

4.   Meta il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu (1) huwa inqas minn 5 %, imbagħad il-faċilità ma għandhiex tiġi kklassifikata bħala Kategorija A abbażi tal-kontenuti ta’ skart perikoluż.

Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk il-kriterju stabbilit fit-tielet inċiż tal-Anness III għad-Direttiva 2006/21/KE intlaħaqx skont il-konsiderazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, u 4.

2.   Għall-għadajjar ta’ fdalijiet ppjanati, se tintuża l-metodoloġija li ġejja:

(a)

għandu jsir inventarju tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jintużaw fl-ipproċċessar u li huma sussegwentement mormija mat-tajn tal-irdim fl-għadira ta’ fdalijiet;.

(b)

għal kull sustanza u preparazzjoni, għandhom jiġu stmati l-kwantitajiet annwali użati fil-proċess għal kull sena ta’ ħidma prevista;

(c)

għal kull sustanza u preparazzjoni, għandu jiġi ddeterminat jekk hijiex sustanza jew preparazzjoni perikoluża fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4) u tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(d)

għal kull sena ta’ tħaddim previst, iż-żieda annwali fl-ilma maħżun (ΔQi) ġewwa l-għadira ta’ fdalijiet għandha tiġi kkalkulata f’kundizzjonijiet stabbli skont il-formula stabbilita fl-Aness I;

(e)

għal kull sustanza jew preparazzjoni perikoluża identifikata skont il-punt (c), il-konċentrazzjoni massima annwali (C max) fil-fażi akwea għandha tiġi stmata skont il-formula stabbilita fl-Anness II.

Jekk, abbażi tal-istima tal-konċentrazzjoni massima annwali (C max), il-fażi akwea hija kkunsidrata li tkun “perikoluża” skont it-tifsira tad-Direttivi 1999/45/KE jew 67/548/KEE, il-faċilità għandha tiġi kklassifikata bħala faċilita ta’ Kategorija A.

3.   Għat-tħaddim tal-għadajjar ta’ fdalijiet, il-klassifikazzjoni tal-faċilità għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija stabbilita f’ paragrafu 2, jew fuq analiżi kimika diretta tal-ilma u s-solidi li jinstabu fil-faċilità. Jekk il-fażi akwea u l-kontenuti tagħha jkollhom jiġu kkunsidrati bħala preparazzjoni perikoluża skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/45/KE jew 67/548/KEE, il-faċilità għandha tiġi kklassifikata bħala faċilità ta’ Kategorija A.

4.   Għall-faċilitajiet ta’ lissija tal-munzell, meta l-metalli jiġu estratti minn mniezel permezz tat-tisfija ta’ soluzzjonijiet ta’ lissija, l-Istati Membri għandhom iwettqu testijiet għall-sustanzi perikolużi fil-mument tal-għeluq ibbażati fuq l-inventarju ta’ kimiki u konċentrazzjonijiet residwi ta’ dwan il-kimiki ta’ lissija fid-dranaġġ wara jkun ġie ffinalizzat il-ħasil. Jekk dawn il-lissati jkollhom jiġu kkunsidrati bħala preparazzjoni perikoluża skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/45/KE jew 67/548/KEE, il-faċilità għandha tiġi kklassifikata bħala faċilità ta’ Kategorija A.

Artikolu 9

L-Artikolu 7 u 8 ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx japplikaw għall-faċilitajiet bi skart inert jew ħamrija mhux imniġġsa biss.

Artikolu 10

Għandha ssir reviżjoni tal-klassifikazzjoni mill-awtorità kompetenti skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/21/KE meta ssir bidla sostanzjali fil-permess jew il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim jinbidlu sinifikament.

Dik ir-reviżjoni għandha titwettaq mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ tħaddim tal-faċilità.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(4)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(5)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.


ANNESS I

Il-formula għall-kalkoli tal-medja taż-żieda annwali fl-ilma maħżun ġewwa l-għadira ta’ fdalijiet ΔQ kif imsemmija fl-Artikolu 8 il-paragrafu 2

ΔQi

=

(ΔΜi/D)*P, fejn:

ΔQi

=

iż-żieda annwali fl-ilma maħżun ġewwa l-għadira ta’ fdalijiet (m3/sena) matul is-sena “i”

ΔΜi

=

il-massa annwali ta’ fdalijiet mormija fl-għadira (tunnellati ta’ piż niexef/sena) matul is-sena “i”

D

=

il-medja tad-densità tal-kwantità niexfa ta’ fdalijiet iddepożitati (tunnellati/m3)

P

=

il-porożità medja ta’ fdalijiet sedimentati (m3/m3) iddefiniti bħala proporzjon tal-volum ta’ spazji vojta mqabbla mal-volum totali ta’ fdalijiet sedimentati

Jekk id-dejta eżatta mhijiex disponibbli, għandhom jintużaw il-valuri awtomatiċi ta’ 1,4 tunnellata/m3 għad-densità tal-kwantità niexfa u 0,5 m3/m3 għall-porożità.


ANNESS II

L-istima tal-konċentrazzjoni massima fil-fażi akwea C max kif imsemmija fl-Artikolu 8 il-paragrafu 2

C max = il-massimu tal-valur li ġej: Si/ΔQi, meta:

Si = il-massa annwali ta’ kull sustanza u preparazzjoni kif identifikata skont l-Artikolu 8(2)(c), mormija fl-għadira matul is-sena “i”


Il-Bank Ċentrali Ewropew

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/12


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Marzu 2009

fuq it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities

(BĊE/2009/6)

(2009/338/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikoli 3.1, 12.1, 12.3 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Lulju, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jesplora, f’kooperazzjoni mad-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u parteċipanti oħrajn fis-suq, il-possibbiltà tat-twaqqif ta’ servizz tal-Ewrosistema ġdid għas-sald tat-titoli li ser jissejjaħ TARGET2-Securities (T2S). Bħala parti mill-ħidmiet tiegħu skont l-Artikoli 17, 18 u 22 tal-Istatut tal-SEBĊ, l-Ewrosistema tara li t-T2S ser ikun servizz ibbażat fuq pjattaforma waħda li tippermetti sald f’kontanti u titoli bażiċi, newtrali u mingħajr fruntieri mal-Ewropa kollha, li ser tiġi offruta lis-CSDs biex ikunu jistgħu jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’servizzi ta’ sald abbażi ta’ kunsinna mal-ħlas li jkunu armonizzati u mhux iddifferenzjati (commoditised) fi flus ta’ bank ċentrali fi ħdan ambjent tekniku integrat.

(2)

Fis-17 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi it-T2S u jipprovdi r-riżorsi meħtieġa sakemm jitlesta. Abbażi ta’ offerta mahħmula mid-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d’Italia, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li t-T2S jiġi żvilupat u mħaddem minn dawn l-erba’ banek ċentrali nazzjonali (BĊNi).

(3)

L-organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tat-T2S li tinvolvi parteċipanti kemm interni u esterni teħtieġ it-twaqqif ta’ korp ta’ mmaniġġar effiċjenti li ser jiżviluppa proposti għall-Kunsill Governattiv fuq kwistjonijiet strateġiċi ewlenin u jagħmlu ħidmiet ta’ natura purament teknika (minn hawn ‘il quddiem il-“Bord għall-Programm T2S”).

(4)

Taħt il-prinċipju taċ-deċentralizzazzjoni stabbilit fl-Artikolu 12.1 tal-Istatut tal-SEBĊ, safejn huwa possibbli u xieraq, il-BĊNi jagħmlu operazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-ħidmiet tal-Ewrosistema. Il-banek ċentrali tal-Ewrosistema ser jafdaw b’hekk lill-Bord għall-Programm T2S b’ċerti ħidmiet ta’ implimentazzjoni biex ikun kompletament operattiv u jaġixxi f’isem l-Ewrosistema kollha. Il-Kumitat tas-Sistemi tal-Ħlas u Sald (PSSC) ser iżomm ir-rwol konsultattiv tiegħu mal-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Bord għall-Programm T2S

1.   Il-Bord għall-Programm T2S għandu jiġi stabbilit bħala korp ta’ mmaniġġar effiċjenti tal-Ewrosistema bil-kompitu li jiżviluppa proposti għall-Kunsill Governattiv fuq kwistjonijiet strateġiċi ewlenin u jeżegwixxi ħidmiet ta’ natura purament teknika fir-rigward tat-T2S.

2.   Il-mandat tal-Bord għall-Programm T2S, inkluż l-għanijiet, ir-responsabilitajiet, il-ħidmiet, il-kompożizzjoni, il-proċeduri tax-xogħol u l-baġit għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   L-ismijiet u r-resumés tal-kandidati biex jiġu kkunsidrati għall-ħatra fil-Bord tal-Membri għall-Programm T2S għandhom jintbagħtu minn membri tal-Kunsill Governattiv lill-Bord Eżekuttiv biex jiġu rċevuti mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2009. Abbażi ta’ dawn il-proposti, il-Kunsill Governattiv għandu jaħtar membri tal-Bord għall-Programm T2S fit-23 ta’ April 2009.

4.   Il-Bord għall-Programm T2S għandu jibda x-xogħol min-nofs Mejju 2009.

5.   Il-Bord għall-Programm T2S għandu jikkomunika l-aġenda tiegħu, sommarju tal-laqgħat tiegħu u dokumentazzjoni rilevanti fir-rigward tal-laqgħat tiegħu lill-membri tal-PSSC biex dan ikun jista’ jagħti r-reazzjonijiet tiegħu lill-Bord għall-Programm T2S.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2009.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 19 ta’ Marzu 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


ANNESS

MANDATE OF THE T2S PROGRAMME BOARD

In line with the Treaty and the Statute of the European System of Central Banks and of the European Central Bank, the Eurosystem aims to offer its T2S Services to CSDs in Europe no later than 2013. The T2S services will allow for the core, neutral and borderless, i.e. pan-European, settlement of securities transactions on a delivery-versus-payment (DVP) basis in central bank money, on a single technical platform integrated with the real-time gross settlement systems settling in central bank money of each participating currency.

In view of the provision of the T2S Services, the ECB Governing Council, as ultimate decision-making body of the Eurosystem, established the T2S Programme Board to assist the ECB decision-making bodies in ensuring the successful and timely completion of the T2S programme.

The T2S Programme Board is also based on a T2S Protocol signed by the Eurosystem central banks. Without prejudice to the ultimate decision-making powers of the ECB decision-making bodies, the T2S Programme Board is entrusted with the autonomous performance of clearly defined executive tasks related to the T2S programme. The T2S Programme Board will report directly to the Governing Council regularly. The advisory functions of ESCB committees, in particular the PSSC, LEGCO and the EISC, are not affected by the establishment of the T2S Programme Board. The T2S Programme Board may seek and receive guidance from the Governing Council on T2S related issues in case of uncertainty or doubt.

If and when new issues related to T2S arise, the T2S Programme Board may be assigned further clearly defined executive tasks. In light of the Governing Council’s final competence in T2S issues, any tasks performed by the T2S Programme Board may be addressed by the Governing Council.

OBJECTIVES

Based on this mandate, the T2S Programme Board ensures that the T2S programme is implemented:

in accordance with market expectations, as reflected in the user requirement document (URD) dated 21 May 2008, as amended from time to time,

within the budget defined by the Governing Council,

no later than June 2013.

RESPONSIBILITIES

In view of meeting its objectives, the T2S Programme Board is responsible for:

submitting proposals to the ECB decision-making bodies on T2S issues that are of a strategic nature and might have an impact on the timely and successful implementation of the T2S programme within the agreed parameters,

managing the T2S programme on a daily basis,

managing the relations with T2S clients and external stakeholders,

reporting on the T2S programme to the ECB decision-making bodies on a regular and structured basis,

interacting with the 4CB.

TASKS

In view of fulfilling its responsibilities, the following executive tasks are assigned to the T2S Programme Board:

1.

Elaboration of proposals for ultimate decision by the Governing Council

The T2S Programme Board elaborates proposals in the following fields:

T2S governance,

T2S finances, including:

timely proposals on issues related to the compliance with the stated T2S objective of full cost recovery (e.g. in case T2S does not attract sufficient volume) and the possible resulting financial risk, the Eurosystem may be exposed to,

proposals in light of the outcome of the T2S Programme Board’s negotiations with the 4CB regarding the ‘conditional fixed price offer’ (including the payment schedule),

proposals on the annual budget managed by the T2S Programme Board,

proposals concerning the T2S cost methodology, and

proposals regarding the T2S pricing policy,

overall T2S programme planning,

any contract to be signed between the Eurosystem and external stakeholders,

T2S risk management framework (and acceptance of remaining risks),

service level agreements (SLAs) to be established with the CSDs and NCBs and the 4CB,

T2S migration strategy,

crisis management strategy.

2.

Programme management

The T2S Programme Board:

performs the overall management of the T2S programme,

establishes a detailed plan, on the basis of the overall T2S programme plan, as approved by the Governing Council,

assesses, validates and accepts the 4CB deliverables, according to pre-agreed quality standards, and in particular ensures that they are consistent with the URD,

validates proposals from the 4CB, in particular on IT strategy, network provision and capacity planning strictly related to T2S,

approves payment of instalments to the 4CB, according to an agreed schedule approved by the Governing Council (conditional fixed price offer), once the 4CB deliveries have been accepted by the T2S Programme Board,

coordinates proper change management (URD),

establishes test scenarios and later coordinates tests between the various stakeholders,

implements the T2S risk management framework within the parameters set by the Governing Council,

implements the T2S migration strategy within the parameters set by the Governing Council,

implements the T2S crisis management strategy within the parameters set by the Governing Council,

ensures compliance of the T2S service with regulatory requirements.

3.

Relations with external stakeholders

The T2S Programme Board:

ensures that the T2S service meets the market needs,

maintains close relations with the CSDs (jointly with the Eurosystem central banks) and non-euro area NCBs. The chairperson of the T2S Programme Board chairs the T2S Advisory Group or its successor body,

negotiates with CSDs (jointly with the Eurosystem central banks) and NCBs, including contracts for development and operational phases (to be endorsed by the Governing Council),

performs, with the help of the central bank expert network, a central role in the communication on T2S vis-à-vis market participants and public authorities,

conducts all T2S related harmonisation work,

closely cooperates with all relevant public authorities or private bodies (e.g. the EU Commission and the European Parliament, securities regulators), on relevant initiatives in the field of securities clearing and settlement,

ensures transparency through the timely and consistent publication of relevant documentation.

4.

Reporting

The T2S Programme Board:

prepares quarterly reports to the Governing Council. In the spirit of full transparency, these reports are sent to the PSSC and to the EISC for comments before they are submitted to the Executive Board and the Governing Council,

shares the agendas, the summaries and the relevant documentation of its meetings with the members of the PSSC to allow such members to provide input to the T2S Programme Board in exceptional cases,

may consult any ESCB committees in case of need.

COMPOSITION

The T2S Programme Board is composed of eight members. The mandate of a T2S Programme Board member lasts for eighteen months and may be renewed. Members of the Governing Council and the Governors of central banks that have committed to settle their national currency via T2S may present candidates for the T2S Programme Board.

The Governing Council will appoint the members of the T2S Programme Board upon the proposal of the Executive Board of the ECB. In addition to the abovementioned members, the Governing Council may nominate alternates for each of the NCB members. These alternates will receive all T2S Programme Board documentation, will replace the incumbent in case of absence and may attend meetings of the T2S Programme Board as observers.

WORKING PROCEDURES

T2S Programme Board members do not represent their central bank of origin, but act in the general interest of the Eurosystem,

in case of an equal number of votes in the T2S Programme Board, its chairperson will have a casting vote,

members of the T2S Programme Board will not vote when they are in a situation of conflict of interest. This applies in particular to the members of Deutsche Bundesbank, Banque de France, Banca d’Italia and Banco de España, if the T2S Programme Board decides on the validation of the 4CB deliveries,

the chairperson of the T2S Programme Board works full time on the T2S project; the independent members at least 30 % and the other members at least 10 %,

members of the T2S Programme Board may not, at the same time, be members of the ECB decision-making bodies nor of the PSSC, nor of the EISC,

the T2S Programme Board is supported by a T2S project team which may also be composed of staff seconded by ESCB central banks. The team may also hire consultants,

the T2S Programme Board function is subject to the reviews of the Internal Auditors Committee of the Eurosystem,

the T2S Programme Board generally meets once every month, or on an ad-hoc basis, at the invitation of the Chairperson,

details of the working procedures are to be addressed in the Rules of Procedure of the T2S Programme Board.

BUDGET

The T2S Programme Board has its own budget, adopted by the Governing Council and subject to the BUCOM procedures. This budget comprises exclusively expenses which will be recovered by the T2S CSDs and, ultimately, by the T2S users. All such expenses are in the T2S budget. The PSSC, the EISC, the BUCOM and the T2S Advisory Group are consulted before the budget proposal is sent to the Governing Council.

As much as possible and appropriate, the T2S Programme Board follows the procedures of the ECB, and the support functions of the ECB. Related expenses are reimbursed to the ECB.

TRANSITORY MEASURES

Transitory measures aim at allowing the T2S Programme Board to be fully operational on 1 August 2009.

Members of the Governing Council and Governors of non-euro central banks which have committed to settle their national currencies via T2S are invited to propose candidates for membership of the T2S Programme Board by 8 April 2009, in view of their appointment by the Governing Council on 23 April 2009.

ECB staff members of the T2S division are assigned to the T2S programme as from 1 August 2009.

The T2S Programme Board will, inter alia, prepare proposals for the meeting of the Governing Council of 16 July 2009, on the following topics:

a budget for 2009,

Rules of Procedure for the T2S Programme Board,

a note clarifying the working relations between the ECB services and the T2S Programme Board.