12.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1398

tal-10 ta' Settembru 2019

li taħtar tliet membri, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-8 ta' Ottubru 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1510 (4), is-Sinjura Micaela FANELLI reġgħet inħatret bħala membru biex jittieħed kont tal-mandat il-ġdid tagħha.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sinjura Micaela FANELLI u tas-Sinjura Catiuscia MARINI saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat li abbażi tiegħu kien ġie propost is-Sur Matteo Luigi BIANCHI (Sindaco del Comune di Morazzone (VA)), sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Virginia RAGGI, Sindaco di Roma Capitale,

Is-Sur Alberto CIRIO, Presidente della Regione Piemonte,

Is-Sur Matteo Luigi BIANCHI, Consigliere del Comune di Morazzone (VA) (bidla fil-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1510 tat-8 ta' Ottubru 2018 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 255, 11.10.2018, p. 15).