2000R1209 — MT — 20.08.2003 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (Euratom) Nru. 1209/2000

tat-8 ta' Gunju 2000

li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżami tal-komunikazzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat tal-Euratom.

▼B

(ĠU L 138, 9.6.2000, p.12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (EURATOM) NRU 1352/2003 tat-23 ta' Lulju 2003

  L 192

15

31.7.2003




▼B

▼M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (Euratom) Nru. 1209/2000

tat-8 ta' Gunju 2000

li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżami tal-komunikazzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat tal-Euratom.

▼B



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 41,

Wara li kkunsidrat id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2587/1999 tat-2 ta' Diċembru 1999 ( 1 ), li jiddefinixxi l-proġett(i) ta' l-investiment li jridu jiġu komunikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 41 tat-Trattat,

Billi:

Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, sakemm huwa meħtieġ għat-twettiq tad-dover li jaqa' fuqha skond il-Kapitolu IV tat-Trattat, biex tiddetermina l-proċedura biex jitwettaq l-obbligu impost fuq persuni u impriżi bl-Artikolu 41 li jikkomunikaw proġetti ta' l-investiment relatati ma' installazzjonijiet ġodda u wkoll ma' tibdil jew konverżjonijiet li jissodisfaw il-kriterji għal dak li hu tip u daqs stabbiliti mill-Kunsill,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

Artikolu 1

1.  Proġetti ta' investiment li jirrigwardaw installazzjonijiet ġodda u anki sostituzzjonijiet jew konverżjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li jirrigwardaw it-tip u d-daqs stabbiliti permezz tar-Regolament (Euratom) Nru. 2587/1999 għandhom jiġu ikkomunikati lill-Kummissjoni permezz tal-formola li tinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Il-formola tista' tintbagħat jew fuq karta jew f'forma elettronika.

2.  Il-Kummissjoni għandha bla dewmien tavża lill-persuni jew impriżi konċernati li tkun irċeviet il-komunikazzjoni.

▼B

L-Artikolu 2

L-obbligu li wieħed jikkomunika lill-Kummissjoni l-proġetti ta' l-investiment li għalihom issir referenza fl-Artikolu 41 tat-Trattat jaqa' fuq persuni jew impriżi impenjati fl-attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness II tat-Trattat, fir-rigward ta' l-installazzjonijiet kollha diġà stabbiliti jew li jridu jiġu stabbiliti fil-Komunità; (l-obbligu għandu, f'każijiet xierqa, jitwettaq mill-amminsitrazzjoni lokali fil-każ ta' l-intrapriżi li għandhom is-sede tagħhom barra l-Komunità).

L-Artikolu 3

Meta l-informazzjoni li trid tiġi notifikata skond l-Artikolu 41 tat-Trattat tkun diġà ngħatat fil-kuntest tas-sottomissjoni ta' informazzjoni ġenerali taħt l-Artikolu 37 tat-Trattat, in-notifika tista' tiġi limitata għal kontroreferenza għal sottomissjonijiet simili preċedenti u, barra dan, l-informazzjoni l-oħra kollha li għandha tingħata skond il-kontenut tal-formola li hija annessa ma' dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 3a

1.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-komunikazzjoni malli tirċeviha. Hija għandha tesprimi l-veduti tagħha f'rakkomandazzjoni.

2.  Fejn il-Kummissjoni, wara li jkun sar eżami, issib li l-proġett ta' investiment li jkun ġie kkomunikat, ma jqajjem l-ebda dubji rigward l-għanijiet u l-osservanza tat-Trattat tal-Euratom, hija tirreġistra dik is-sejba u tesprimi l-veduti tagħha permezz ta' rakkomandazzjoni kkomunikata lill-persuni, lill-impriżi u lill-Istat Membru konċernati.

3.  Fejn il-Kummissjoni, wara li jkun sar eżami, issib li l-proġett ta' investiment li jkun ġie kkomunikat, iqajjem dubji rigward l-għanijiet u l-osservanza tat-Trattat tal-Euratom, hija għandha tagħti bidu għal proċedura dettaljata ta' eżami biex jiġu diskussi aktar fil-fond l-aspetti kollha tal-proġett ta' investiment li jirrigwardaw l-għanijiet ta' dak it-Trattat.

4.  Għandha tiġi magħmula rakkomandazzjoni fi żmien xahrejn skond it-tieni paragrafu u skond il-ftuħ tal-proċedura dettaljata ta' eżami, li hemm riferenza għaliha fit-tielet paragrafu. Dak il-perjodu għandu jibda jgħodd ġurnata wara li tkun waslet komunikazzjoni sħiħa konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (Euratom) Nru. 2587/1999. Il-komunikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala sħiħa jekk fi żmien xahrejn mill-wasla tagħha, jew mill-wasla ta' kull tagħrif ieħor mitlub, il-Kummissjoni ma titlobx aktar tagħrif.

5.  Fejn il-Kummissjoni ma tkunx ħarġet rakkomandazzjoni skond it-tieni paragrafu u lanqas ma tkun aġixxiet fiż-żmien tal-perjodu stabbilit fir-raba' paragrafu, il-proġett ta' investiment jitqies li huwa skond l-għanijiet u d-disposizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom.

Artikolu 3b

1.  Fejn il-Kummissjoni jidhrilha li t-tagħrif mogħti mill-persuna jew mill-impriża konċernata fir-rigward ta' proġett ta' investiment ikkomunikat lilha, mhux komplut, hija għandha titlob it-tagħrif kollu meħtieġ. Fejn il-persuna jew l-impriża konċernata twieġeb għal talba bħal din, il-Kummissjoni għandha tavża lil dik il-persuna jew dik l-impriża li hija tkun irċeviet it-tweġiba.

2.  Fejn il-persuna jew l-impriża konċernata ma tfornix it-tagħrif mitlub fiż-żmien stipulat mill-Kummissjoni jew tagħti tagħrif mhux komplut, il-Kummissjoni għandha tibgħat nota ta' tfakkir, fejn tagħti perjodu addizzjonali xieraq li fih għandhu jingħata t-tagħrif.

Artikolu 3ċ

1.  Meta l-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura dettaljata ta' l-eżami, għandha tiġbor fil-qosor l-argumenti rilevanti tal-fatti u l-liġi u tinkludi valutazzjoni preliminarja tal-proġett ta' investiment b'relazzjoni għad-disposizzjonijiet u l-għanijiet tat-Trattat tal-Euratom u r-Regolament (Euratom) Nru. 2587/1999. Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ lill-persuni jew impriżi konċernati sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom u sabiex jiddiskutu aktar fil-fond mal-Kummissjoni f'perjodu stabbilit li normalment m'għandux jeċċedi x-xahrejn.

2.  Il-persuni jew impriżi konċernati huma mħeġġa sabiex ma jġibux fis-seħħ il-proġett ta' investiment qabel ma l-Kummissjoni tkun ħarġet ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar dak il-proġett jew qabel ma jkun meqjus li huwa skond l-għanijiet u d-disposizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom kif previst fl-Artikolu 3a(5).

Artikolu 3d

1.  Fejn il-Kummissjoni ssib, wara diskussjoni u/jew bdil mill-persuna jew impriża konċernata, li l-proġett ta' investiment huwa skond l-għanijiet u d-disposizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, hija għandha tirreġistra l-veduti tagħha permezz ta' rakkomandazzjoni kkomunikata lill-persuni, impriżi u Stat Membru konċernati.

2.  Fejn il-Kummissjoni ssib, wara diskussjoni u/jew bdil mill-persuna jew impriża konċernata, li l-proġett ikkomunikat mhux konformi ma' l-għanijiet u d-disposizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, hija għandha tesprimi l-veduti tagħha permezz ta' rakkomandazzjoni kkomunikata lill-persuni, impriżi u Stat Membru konċernati.

3.  Il-veduti meħuda skond l-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom jittieħdu malli d-dubji msemmija fl-Artikolu 3a(3) jitneħħew. Il-Kummissjoni għandha, sakemm hu possibbli, tagħmel ħilitha biex tadotta rakkomandazzjoni f'perjodu ta' sitt xhur mill-ftuħ tal-proċedura dettaljata ta' l-eżami.

4.  Galadarba l-perjodu li hemm referenza għalih fit-tielet paragrafu jkun skada, u jekk il-persuna jew l-impriża konċernata titlob dan, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn, toħroġ ir-rakkomandazzjoni tagħha fuq il-bażi tat-tagħrif li jkollha għad-disposizzjoni tagħha.

Artikolu 3e

Wara li tkun ħarġet ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar il-proġett ta' investiment imsemmi, il-Kummissjoni għandha timmonitorja, u fejn xieraq, tiddiskuti mal-persuni u impriżi konċernati, il-miżuri speċifiċi meħuda jew li huma intiżi li jittieħdu skond ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 3f

Il-Kummissjoni tista' tirrevoka rakkomandazzjoni skond l-Artikoli 3a u 3d fejn tagħrif li kien fattur determinanti għal dik ir-rakkomandazzjoni kien inkorrett, wara li tagħti lill-persuni jew impriżi konċernati l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

Qabel ma tirrevoka r-rakkomandazzjoni tagħha u tadotta rakkomandazzjoni ġdida, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura dettaljata ta' l-eżami skond l-Artikolu 3a(3).

▼B

L-Artikolu 4

Kull bidla magħmula matul it-twettiq ta' proġetti ta' l-investiment komunikati lill-Kummissjoni b'mod konformi ma' dan ir-Regolament għandu jkun is-suġġett ta' komunikazzjoni ulterjuri taħt l-istess kondizzjonijiet.

▼M1

Artikolu 4a

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-persuni jew impriżi li jkunu kkomunikaw proġett ta' investiment kull kumment/i jew opinjonijiet minn terzi persuni dwar il-proġett li jistgħu jinfluwenzaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 4b

1.  Il-Kummissjoni għandha, bil-kunsens ta' l-Istati Membri, il-persuni u l-impriżi konċernati, tippubblika kull proġett ta' investiment li jkun ġie kkomunikat lilha kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa skond dan ir-Regolament.

2.  Ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jirreġistra l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula kif ukoll il-miżuri speċifiċi meħuda mill-persuni jew impriżi konċernati bi tweġiba għall-veduti tal-Kummissjoni.

Dan ir-rapport għandu jirrispetta, fejn meħtieġ, ir-regoli dwar is-segretezza professjonali jekk il-kunsens li hemm referenza għalih fl-Artikolu 44 tat-Trattat tal-Euratom ma jkunx finalment mogħti.

▼B

L-Artikolu 5

Kull bidla magħmula fil-formola msemmija għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 6

Ir-Regolament Nru 1 tal-Kummissjoni ta' l-EAEC ta' l-5 ta' Novembru 1958 ( 2 ) huwa mħassar b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS



PROĠETT TA' L-INVESTIMENT

(mudell)

Attivitajiet industrijali elenkatifl-Anness II tat-Trattat

Informazzjoni li trid tiġi provduta

L-attivitajiet kollha 1 sa 13

1.1.  L-isem u l-indirizz tal-persuna jew ta' l-impriża li tinnotifika lill-proġett ta' investiment u, fejn approprjat, l-isem ta' persuna responsabbli li lilha jistgħu jiġu indirizzati domandi supplimentari jekk meħtieġ.

1.2. L-isem tal-proġett ta' investiment.

1.3.  Attivitajiet industrijali li taħthom jaqa' l-proġett ta' investiment skond l-Anness II tat-Trattat.

1.4. Sejra tkun installazzjoni ġdida, sostituzzjoni jew konverżjoni?

1.5.  Referenza għad-dokumenti komunikati qabel lil Euratom fir-rigward tal-proġett ta' investiment (data tal-korrispondenza).

1.6. L-isem u l-indirizz tal-persuna(i) jew impriża(i):

(a)  li sejrin joperaw l-installazzjoni;

(b)  li sejrin jipreparaw il-proġett għal-installazzjoni;

(ċ)  li sejrin jissorvelljaw u jinspezzjonaw it-twettiq tal-proġett;

(d)  li sejrin ikunu prinċipalment responsabbli għall-forniment ta' l-apparat.

1.7. Metodi ta' finanzjament.

1.8. Lokazzjoni ġeografika.

1.9. Deskrizzjoni fil-qosor u pjanijiet ġeografiċi.

1.10.  Spejjeż ta' l-installazzjoni inizjali (f'Euro) u analiżi sistematika tal-komponenti ewlenin ta' l-ispejjeż.

1.11.  Skeda proposta meta sejrin isiru l-ordnijiet ewlenin, l-installazzjoni u l-bidu, partikolarment il-konklużjoni ta' kuntratti inizzjali ma' dawk li sejrin jibdgħu x-xogħol ta' bini, u d-data pjanata għall-ikkommissjonar.

1.12.  Deskrizzjoni tal-pjanijiet, jekk hemm, sabiex l-installazjoni tiġi dikommissjonata.

1.13.  L-awtorità uffiċjali ta' l-istat li tissuplixxi l-liċenzji għall-kostruzzjoni u għal-operat; żmien ta' validità tal-liċenzja għal-operat.

1.14.  Deskrizzjoni fil-qosor tal-programmi ta' riċerka u ta' żvilupp, jekk hemm.

L-attivitajiet kollha ħlief 11 (reatturi)

2.1. Komposizzjoni u natura tal-produzzjoni; kappaċità annwali.

2.2. Karatteristiċi ewlenin ta' l-installazzjoni.

2.3.  Jekk hija proposta estensjoni għall-installazzjoni, iddikjara b'liema proċess, matul liema perjodu u f'liema proporzjon huwa pjanat li tiġi mibdula l-produzzjoni annwali.

2.4.  Meta ebda estensjoni mhi pjanata, iddikjara jekk, wara li jiġu meqjusa l-kondizzjonijiet lokali u ċirkostanzi oħrajn, hijiex possibbli żjieda fil-kapaċità ta' produzzjoni fis-sena u jekk iva indika b'kemm.

Għall-attività 11

3.1. L-isem tat-tip ta' reattur pjanat u l-użu ewlieni tiegħu.

3.2. Karatteristiċi ewlenin ta' l-installazzjoni.

3.3. Karatteristiċi ewlwnin ta' l-elementi karburanti li jridu jintużaw.

3.4. Karatteristiċi tal-moderatur u tar-riflettur.

3.5.  Karatteristiċi ta' l-aġent li jberred u ta' l-aġent sekondarju li jberred.

Attivitajiet 3,4,5,6,7,8,9,10; fejn applikabbli 12, 13

4.1.  Komposizzjoni proposta u kwantità annwali ta' provvisti prinċipali meħtieġa għall-operazzjoni ta' l-impjant, inklużi ħtiġiet ta' l-enerġija u semmi il-fornituri.

Attivitajiet 4,5,7,8,11,12; fejn applikabbli 13

5.1.  Jekk rilevanti, informazzjoni supplimentari dwar is-sejba ta' sit għall-istallazzjoni.

Għall-Attività 1

6.1. Ġeoloġija tad-depożitu li jrid jinħadem.

6.2. Riservi ppruvati tad-depożitu li jrid jinħadem.

6.3. Riservi stmati tad-depożitu li jrid jinħadem.

6.4. Riservi ppruvati u stmati għall-konċessjoni kollha.

Għall-Attività 5

7.1. Deskrizzjoni ta' l-elementi tal-karburant.



( 1 ) ĠU L 315, tad-9.12.1999, p. 1.

( 2 ) ĠU 25, tas-27.11.1958, p. 511/58.