27.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/635/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 kif implimentat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 956/2011

2011/C 283/02

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/635/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 kif implimentat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 956/2011 (2).

Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Somalja, fit-12 ta' April 2010 adotta l-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 3 u 7 ta' UNSCR 1844 (2008).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet biex jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar tagħrif irreferi: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom ikunu inklużi fil-listi tal-persuni u l-entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 356/2010.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 356/2010, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, u jindirizzawha lil:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Koordinazzjoni DG K

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill fl-indirizz ipprovdut hawn fuq, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, li d-deċiżjoni biex huma jkunu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275 (2) u l-Artikolu 263 (4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 249, 27.9.2011.

(2)  ĠU L 249, 27.9.2011, p. 1.