14.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/16


IS-SOTTOKUMITAT II DWAR IL-MOVIMENT ĦIELES TAL-KAPITAL U S-SERVIZZI – IL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR IS-SERVIZZI FINANZJARJI

Preżentazzjoni annotata tas-swieq regolati skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE dwar Swieq ta' Strumenti Finanzjarji (MiFID)

2010/C 277/05

L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq ta' strumenti finanzjarji jawtorizza lil kull Stat Membru biex jikkonferixxi l-istatus ta' “suq irregolat” għal dawk is-swieq ikkostitwiti fit-territorju tiegħu u li jikkonformaw mar-regolamenti tiegħu.

L-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jiddefinixxi “suq regolat” bħala sistema multilaterali mħaddma u/jew immaniġġjata minn operatur tas-suq, li ġġib flimkien jew tiffaċilita li ġġib flimkien l-interessi multipli tax-xiri u l-bejgħ ta’ partijiet terzi u l-interessi tal-bejgħ fi strumenti finanzjarji – fis-sistema u skont ir-regoli mhux diskrezzjonali tagħha – f’manjiera li tirriżulta f’kuntratt, rigward l-istrumenti finanzjarji mdaħħla għall-kummerċ skont ir-regoli u/jew is-sistemi tagħha, u li hi awtorizzata u tiffunzjona b’mod regolari u skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tad-Direttiva.

L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE jesiġi li kull Stat Membru jżomm lista aġġornata tas-swieq regolati awtorizzati minnu. Dan it-tagħrif għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Skont l-istess Artikolu, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li kull sena tippubblika f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista ta' swieq regolati nnotifikati lilha.

Il-Paragrafu 6(b) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE jeżiġi li meta, b’liġi għandhom jiġu ppubblikati fatti, proċeduri, rapporti u informazzjoni oħra simili f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni korrispondenti dwar l-Istati tal-EFTA trid tiġi pubblikata f’taqsima separata tiegħu.

Din il-lista tfasslet mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA skont informazzjoni mgħoddija lilu mill-Istati tal-EFTA kkonċernati. Il-lista tindika t-titlu tas-swieq individwali li huma rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bħala li jikkonformaw mad-definizzjoni ta' “suq irregolat” mill-31 ta' Diċembru 2009. Minbarra dan, tindika l-entità responsabbli għall-ġestjoni ta' dawn is-swieq u l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħruġ jew l-approvazzjoni tar-regoli tas-suq.

Pajjiż

Titlu tas-suq regolat

Entità operattiva

Awtorità kompetenti għad-deżinjazzjoni u s-sorveljanza tas-suq

L-Islanda

1.

Kauphöll Íslands (Icelandic Stock Exchange) (suq regolat)

(First North (faċilità tal-kambju multilaterali))

Nasdaq OMX

Fjármálaeftirlitið (Awtorità ta' Sorveljanza Finanzjarja)

Il-Liechtenstein

Mhux applikabbli (1)

Mhux applikabbli (1)

Mhux applikabbli (1)

In-Norveġja

1.

Oslo Stock Exchange (Elenkar uffiċjali)

Suq tat-Titoli

Suq tad-Derivattivi (finanzjarji)

Suq tal-Bonds

Oslo Børs ASA

Finanstilsynet (L-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja tan-Norveġja)

2.

Oslo Axess

Suq tat-Titoli

Oslo Børs ASA

3.

Nord Pool (elenkar uffiċjali)

Suq tad-Derivattivi (kommoditajiet)

Nord Pool ASA

4.

Imarex

Suq tad-Derivattivi (kommoditajiet)

Imarex ASA

5.

Fish Pool

Suq tad-Derivattivi (kommoditajiet)

Fish Pool ASA


(1)  Ma hemm l-ebda suq u l-ebda borża fil-Liechtenstein.