20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/27


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — Van Neyghem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-105/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Ċaħda tal-appell fl-ewwel istanza - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' ammissjoni għall-eżami orali - Appell manifestament infondat’)

(2008/C 327/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kris Van Neyghem (Vissenaken, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Settembru 2007, Van Neyghem vs Il-Kummissjoni (F-73/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Kris Van Neygem għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni f'din l-istanza.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.