25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 199/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Lulju 2007 — Flex Equipos de Descanso vs L-UASI — Leggett & Platt (LURA-FLEX)

(Kawża T-192/04) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta'oppożizzjoni - Talba għal trade mark verbali Komunitarja LURA-FLEX - Trade marks nazzjonali preċedenti li jinkludu l-element verbali’ flex “ - Preżentata tardiva quddiem id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tad-traduzzjonijiet tad-dokumenti ppreżentati in sostenn tar-reputazzjoni ta' trade marks preċedenti - Obbligu tal-Bord ta' l-Appell li jevalwa l-ħtieġa li jittieħdu in kunsiderazzjoni d-dokumenti tradotti’)

(2007/C 199/59)

Lingwa tal-kawża:L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flex Equipos de Descanso, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment R. Ocquet, wara I. Valdelomar Serrano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Leggett & Platt, Inc. (Carthage, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Cronin u S. Castley, solicitors, u G. Hollingworth, barrister)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-18 ta' Marzu 2004 (kawża R 333/2003-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Flex Equipos de Descano, S.A., u Leggett & Platt, Inc.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta' Marzu 2004 (kawża R 333/2003-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

3)

L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 217, 28.8.2004.