9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Keolis CIF et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza bejn l-1994 u l-2008 - Sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun tal-Île-de-France - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kunċetti ta’ ‘għajnuna eżistenti’ u ta’ ‘għajnuna ġdida’ - Artikolu 107 TFUE - Artikolu 108 TFUE - Artikolu 1(b)(i) u (v) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Terminu ta’ preskrizzjoni - Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589”)

(2019/C 305/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Keolis CIF (Le Mesnil-Amelot, Franza) u s-seba’ rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma indikati fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: R. Sermier u D. Epaud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, C. Georgieva-Kecsmar u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470, tat-2 ta’ Frar 2017, war l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (ex 2012/NN) mplementata minn Franza favur impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-reġjun Île-de-France, (ĠU 2017, L 209, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Keolis CIF u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.