13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/11


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2012 — Globosat Programadora vs UASI — Sport TV Portugal (SPORT TV INTERNACIONAL)

(Kawża T-348/12)

2012/C 311/14

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Globosat Programadora Ltda (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentant: S. Micallef, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Sport TV Portugal, SA (Lisbona, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tat-23 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 2079/2010-4;

tannulla kull ordni għall-ħlas tal-ispejjeż kontra r-rikorrenti maħruġa mill-Uffiċċju u tordna lil dan tal-aħħar sabiex ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SPORT TV INTERNACIONAL”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6915094

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Portugiża Nru 329507 tat-trade mark figurattiva “SPORTV”, għal servizzi fil-klassijiet 38 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u ksur tar-Regola 22(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2868/95.