ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.348.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 348

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
29 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 348/01

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2011 dwar ir-reviżjoni tal-miri li jinsabu fil-pjanijiet ta' prestazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 ( 1 )

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 348/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6415 – Vendôme Commerces/CDC/Immeuble Toulon) ( 1 )

4

2011/C 348/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6378 – C1000/SdB Supermarket) ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 348/04

Rata tal-kambju tal-euro

5

2011/C 348/05

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità li għaliha ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Komunità għal prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur

6

2011/C 348/06

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonjiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fil-25 ta’ Mejju 2010 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ COMP/39.092 (1) – Fittings u Tagħmir għall-Kmamar tal-Banju – Rapporteur: Franza

7

2011/C 348/07

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2010 dwar abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ COMP/39.092 (2) – Fittings u Tagħmir għall-Kmamar tal-Banju – Rapporteur: Franza

8

2011/C 348/08

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.092 – Fittings u Tagħmir għall-Kmamar tal-Banju

9

2011/C 348/09

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ COMP/39.092 – Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4185)

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Novembru 2011

dwar ir-reviżjoni tal-miri li jinsabu fil-pjanijiet ta' prestazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 348/01

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, jipprovdi għall-adozzjoni ta’ pjanijiet ta' prestazzjoni stabbiliti fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali mill-Istat(i) Membru/i, li jinkludu miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell ta' blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali li jiżguraw konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha. Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tal-miri stabbiliti fuq livell nazzjonali u fuq livell ta' blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mal-miri tal-prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha.

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li toħroġ Rakkomandazzjoni lill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) sabiex jadotta(w) il-miri ta’ prestazzjoni riveduti.

(3)

Fid-29 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni nnominat Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 biex jassistiha fl-implimentazzjoni tal-iskema tal-prestazzjoni.

(4)

Għall-iffissar tal-miri stabbiliti fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, il-miri tal-prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha għas-snin 2012 sa 2014 ġew adottati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/121/UE (2). Dawn il-miri jirrigwardaw l-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni, li huma l-ambjent, il-kapaċità u l-kosteffiċjenza. Madankollu, l-Istati Membri ma kinux meħtieġa jiffissaw miri vinkolanti fl-oqsma tas-sikurezza u l-ambjent matul l-ewwel perjodu ta’ referenza.

(5)

Sal-5 ta' Lulju 2011, l-Istati Membri kkomunikaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, inkluż pjan ippreżentat b'mod konġunt mill-Belġju u l-Lussemburgu. Id-Danimarka u l-Isvezja kkomunikaw lill-Kummissjoni pjan f'isem il-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali tagħhom (FAB (Functional Airspace Block) tad-Danimarka u l-Isvezja). Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvizzera kkomunikaw lill-Kummissjoni pjan f'isem il-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali tagħhom (FABEC).

(6)

F'Lulju u Awwissu 2011, il-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni assista lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' prestazzjoni stabbiliti fuq livell nazzjonali u fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali u fl-20 ta’ Settembru 2011 ħareġ rapport ta' valutazzjoni għall-Kummissjoni.

(7)

Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni kkunsidra s-suppożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/121/UE, l-informazzjoni disponibbli pubblikament jew disponibbli fil-Eurocontrol kif ukoll informazzjoni disponibbli mill-Istati Membri fil-pjanijiet ta' prestazzjoni stabbiliti fuq livell nazzjonali u fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali.

(8)

Filwaqt li kkunsidrat l-għanijiet dominanti tas-sikurezza, il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' prestazzjoni u l-miri stabbiliti fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali li saret mill-Kummissjoni ġiet ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 691/2010, b'mod partikolari s-sitwazzjoni kumplessiva ta' kull Stat Membru, skont il-paragrafu 1(b) ta' dak l-Anness. Il-valutazzjoni ma tikkunsidrax biss il-miri ta' prestazzjoni meħtieġa bir-Regolament (UE) Nru 691/2010, iżda wkoll l-indikaturi l-oħra ta' prestazzjoni jew miri li jistgħu jinsabu fil-pjanijiet bħala riżultat ta’ inizjattivi stabbiliti fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali.

(9)

L-Istati Membri għandhom jadottaw miri ta' prestazzjoni stabbiliti fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali riveduti u miżuri xierqa biex jilħqu dawk il-miri f'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) Nru 691/2010.

(10)

Ir-reviżjoni tal-miri tal-kapaċità għandha tikkunsidra l-interazzjoni mal-Maniġer tan-Netwerk u l-appoġġ li jingħata minnu.

(11)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 (3), l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rati ta’ unità għall-perjodu ta' referenza abbażi tal-pjanijiet ta' prestazzjoni stabbiliti fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, inklużi l-miri tal-kosteffiċjenza stabbiliti f’dawn il-pjanijiet, sal-1 ta’ Novembru 2011. Jekk il-miri tal-kosteffiċjenza riveduti jiġu adottati wara l-1 ta’ Novembru 2011, ir-rati ta’ unità għall-perjodu ta’ referenza għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid abbażi tal-miri tal-kosteffiċjenza finali adottati.

(12)

Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' valutazzjoni tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni, għadd ta' mexxejja tal-Istati Membri diġà indikaw l-intenzjoni tagħhom li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadottaw miri ta’ prestazzjoni riveduti f'konformità mal-fehmiet tal-Kummissjoni kif espressi f’din ir-Rakkomandazzjoni.

(13)

Meta l-miri ta’ prestazzjoni riveduti jiġu evalwati għall-konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 691/2010, din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi kkunsidrata kif xieraq.

(14)

Il-Kummissjoni kkonsultat l-Istati Membri kkonċernati minn din ir-Rakkomandazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 691/2010.

(15)

Il-miżuri pprovduti f’din ir-Rakkomandazzjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li wara li tikkunsidra l-valutazzjonijiet imwettqa mill-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni u r-riżultati tal-kuntatti skont il-paragrafu 5, titlob lill-Istati Membri jadottaw, kif meħtieġ u/jew kif ikun xieraq, miri ta’ prestazzjoni riveduti fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-pjan tal-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali sabiex ikunu konsistenti ma', u jikkontribwixxu b'mod adegwat għall-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha adottati bid-Deċiżjoni 2011/121/UE għas-snin 2012 sal-2014 (minn issa 'l quddiem, il-perjodu ta' referenza).

2.

Abbażi tar-Rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta' valutazzjoni tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li:

(a)

il-miri tal-kapaċità stabbiliti mill-Greċja, Spanja, l-Awstrija, il-Polonja u r-Renju Unit fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom mhumiex konsistenti mal-miri tal-Unjoni Ewropea kollha u ma jikkontribwixxux għalihom b'mod adegwat.

(b)

il-mira tal-kapaċità stabbilita mill-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi fil-pjan għall-Blokka tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali tal-Ewropa Ċentrali (FABEC) mhijiex konsistenti mal-miri tal-Unjoni Ewropea kollha u ma jikkontribwixxux għalihom b'mod adegwat;

(c)

il-miri tal-kosteffiċjenza stabbiliti mill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja (għaż-żona tagħha ta’ imposti en route kontinentali), Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, l-Isvezja u r-Renju Unit fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom mhumiex konsistenti mal-miri tal-Unjoni Ewropea kollha u ma jikkontribwixxux għalihom b'mod adegwat;

3.

Meta jadottaw miri ta’ prestazzjoni riveduti, l-Istati Membri kkonċernati huma mitluba jiżguraw li r-Rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni jiġu kkunsidrati.

Partikolarment, wara li ttieħdet nota taċ-ċirkostanzi ta' kull Stat Membru:

(a)

Il-Greċja, Spanja, il-Polonja, l-Awstrija u r-Renju Unit għandhom itejbu l-miri tal-kapaċità tagħhom biex sal-2014 jilħqu livell daqs jew aktar baxx mill-valuri ta’ referenza li ġejjin (il-valuri kif ikkalkulati mill-Eurocontrol u użati fir-rapport ta' valutazzjoni tar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni):

Il-Greċja: 0,26 ta’ minuta dewmien medju għal kull titjira

Spanja: 0,31 ta’ minuta dewmien medju għal kull titjira

Il-Polonja: 0,26 ta’ minuta dewmien medju għal kull titjira

L-Awstrija: 0,23 ta’ minuta dewmien medju għal kull titjira

Ir-Renju Unit: 0,27 ta’ minuta dewmien medju għal kull titjira

(b)

Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi għandhom itejbu l-mira tal-kapaċità għall-FABEC biex sal-2014 din tilħaq livell daqs jew aktar baxx mill-valur ta’ referenza ta' 0,4 ta’ minuta dewmien medju għal kull titjira;

(c)

L-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 2 c) għandhom jieħdu kull opportunità biex itejbu iktar il-miri tal-kosteffiċjenza fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali matul il-perjodu ta’ referenza, partikolarment rigward l-evoluzzjoni tal-kuntest ġenerali, it-tnaqqis tal-ispiża tal-kapital u l-ispejjeż ta' appoġġ (spejjeż oħra għajr dawk għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru f'operazzjoni), iż-żieda fil-produttività u fir-razzjonalizzazzjoni tal-investimenti fil-kuntest tal-istabbiliment tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;

(d)

Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, Malta, l-Awstrija, is-Slovakkja, il-Finlandja u r-Renju Unit għandhom jirrevedu s-suppożizzjonijiet sottostanti għall-primjum tar-riskju u, konsegwentement, id-dħul fuq l-ekwità, u għandhom jipprovdu l-ġustifikazzjonijiet għaż-żidiet sinifikanti fl-ispiża tal-kapital;

(e)

Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, u r-Renju Unit għandhom jivvalutaw mill-ġdid id-daqs u l-ħtieġa għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni fuq il-perjodu ta' referenza, filwaqt li jikkunsidraw l-opportunità għar-razzjonalizzazzjoni tagħhom fil-kuntest tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jew ta’ proġetti reġjonali.

4.

Barra mir-Rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3:

(a)

L-Istati Membri huma mitluba biex, fil-pjanijiet ta' prestazzjoni stabbiliti fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, jispeċifikaw il-kontribuzzjoni tal-investimenti fuq il-perjodu ta' referenza għall-miri ta’ prestazzjoni u l-impatt fuqhom billi jipprovdu referenzi għal każijiet tan-negozju u/jew analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji u deskrizzjoni tar-rilevanza tagħhom b’relazzjoni mal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru, partikolarment safejn huwa kkonċernat l-iskjerament tal-ewwel pakkett ta' implimentazzjoni (IP1). Din l-informazzjoni għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni li tinsab fil-pjanijiet tan-negozju tal-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru kif speċifikat fil-paragrafu (b) tat-Taqsima 2.2 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 (4).

(b)

L-Istati Membri huma mitluba jipprovdu s-suppożizzjonijiet u l-ġustifikazzjoni biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż li jistgħu jitqiesu li m'hemmx kontroll fuqhom skont l-Artikolu 11a (8) tar-Regolament (KE) Nru 1794/2006, bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-aġġustamenti meħtieġa fi tmiem il-perjodu ta’ referenza.

(c)

L-Istati Membri ta’ blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, flimkien mal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, li ma adottawx pjan ta’prestazzjoni b’miri fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, huma mitluba jikkomunikaw lill-Kummissjoni, għal skop ta’ informazzjoni, il-miri ta’ prestazzjoni aggregati fejn jenfasizzaw il-konsistenza fuq livell ta' blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali mal-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha kif speċifikat fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 691/2010.

5.

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, biħsiebha ssegwi din ir-Rakkomandazzjoni permezz ta' kuntatti bilaterali u/jew kuntatti multilaterali mal-Istati Membri.

6.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 48, 23.2.2011, p. 16.

(3)  ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3.

(4)  ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6415 – Vendôme Commerces/CDC/Immeuble Toulon)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 348/02

Fit-23 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6415. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6378 – C1000/SdB Supermarket)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 348/03

Fl-24 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6378. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Novembru 2011

2011/C 348/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3348

JPY

Yen Ġappuniż

103,82

DKK

Krona Daniża

7,4375

GBP

Lira Sterlina

0,85820

SEK

Krona Żvediża

9,2597

CHF

Frank Żvizzeru

1,2309

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8355

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,757

HUF

Forint Ungeriż

308,91

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6970

PLN

Zloty Pollakk

4,5153

RON

Leu Rumen

4,3660

TRY

Lira Turka

2,4817

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3435

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3802

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4038

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7694

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7338

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 539,49

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1555

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5215

HRK

Kuna Kroata

7,4985

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 183,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,2420

PHP

Peso Filippin

58,392

RUB

Rouble Russu

41,7500

THB

Baht Tajlandiż

41,806

BRL

Real Brażiljan

2,4877

MXN

Peso Messikan

18,7413

INR

Rupi Indjan

69,4560


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/6


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità li għaliha ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Komunità għal prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur

2011/C 348/05

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti mis-setturi tal-laħam tat-tjur. L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2011 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2012, għall-kwoti 09.4212, 09.4214, 09.4217 u 09.4218, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet, ġew miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2012, u jidhru fl-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.


(1)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

Nru tal-ordni tal-kwota

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012

(f'kg)

09.4212

74 088 000

09.4214

9 820 100

09.4217

13 463 000

09.4218

9 276 800


29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonjiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fil-25 ta’ Mejju 2010 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ COMP/39.092 (1) – Fittings u Tagħmir għall-Kmamar tal-Banju

Rapporteur: Franza

2011/C 348/06

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prodotti milquta mill-kartell.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar iż-żona ġeografika milquta mill-kartell.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma fl-Istati Membri kkonċernati tal-UE jista’ jkollhom effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5a.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-kartell jikkostitwixxi ksur waħdieni u kontinwu.

5b.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-responsabbiltà ta’ kull impriża rigward l-ambiti ġeografiċi differenti tal-ksur waħdieni u kontinwu.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dewmien tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti applikabbli.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi attenwanti applikabbli.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjonijiet magħmula taħt l-Avviż dwar il-Klemenza tal-2002.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/8


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2010 dwar abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ COMP/39.092 (2) – Fittings u Tagħmir għall-Kmamar tal-Banju

Rapporteur: Franza

2011/C 348/07

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li għandha tiġi imposta multa fuq dawk indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni li għalihom qed jiġi propost li tiġi imposta multa.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li la hemm ċirkustanzi mitiganti lanqas aggravanti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammonti li bihom għandhom jitnaqqsu l-multi skont l-Avviż dwar il-Klemenza tal-2002.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar nuqqasijiet ta’ ħila li jsir ħlas.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammonti finali tal-multi.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/9


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/39.092 – Fittings u Tagħmir għall-Kmamar tal-Banju

2011/C 348/08

Dan il-każ huwa dwar kartell li permezz tiegħu produtturi ta’ fittings u tagħmir għall-kmamar tal-banju kkoordinaw il-prezzijiet u l-iskonti fl-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi.

SFOND

Wara applikazzjoni għall-immunità skont l-Avviż dwar il-Klemenza tal-2002 fil-15 ta’ Lulju 2004 minn Masco Corporation, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fil-bini ta’ diversi impriżi u assoċjazzjonijiet fl-industrija tal-fittings u t-tagħmir għall-kmamar tal-banju f’ħames pajjiżi, jiġifieri, fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi. Wara l-ispezzjonijiet saru wkoll applikazzjonijiet għall-klemenza mill-impriżi Grohe, American Standard, Roca, Hansa u Dornbracht. Il-Kummissjoni tat immunità kundizzjonali lil masco fit-2 ta’ Marzu 2005.

IL-PROĊEDURA BIL-MIKTUB

Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet

Wara l-applikazzjonijiet għall-klemenza u l-investigazzjoni sussegwenti msemmija hawn fuq, fis-26 ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet (DO), li ġiet notifikata lil 79 entità legali li kienu proprjetà ta' 19-il grupp ta' impriżi (2). L-opinjoni preliminari tal-Kummisjoni kienet li d-destinatarji kienu pparteċipaw, fi gradi differenti fl-ambitu u fid-dewmien tiegħu, fi ksur waħdieni u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE) u l-Artikolu 53 tal-ftehim taż-ŻEE dwar is-suq ta’ fittings u tagħmir tal-kmamar tal-banju (3) li jkopri sitt Stati Membri (4). Skont id-DO, id-destinatarji regolarment ikkoordinaw flimkien żidiet fil-prezzijiet, ftiehmu biex jiffissaw prezzijiet u skambjaw informazzjoni kummerċjali sensittiva. Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni dwar ksur u li timponi multi skont l-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (5).

Aċċess għall-fajl

Il-partijiet irċevew aċċess għall-fajl permezz ta' DVD. Id-dikjarazzjonijiet orali li saru fil-qafas tal-Avviż dwar il-Klemenza kienu aċċessibbli fl-uffiċċji tal-Kummissjoni. Matul il-proċedura ta’ aċċess għall-fajl il-partijiet ingħataw aċċess għal informazzjoni li oriġinarjament tqieset bħala mhux aċċessibbli fi tliet okkażjonijiet fil-forma ta' DVDs addizzjonali.

Estensjonijiet tat-terminu għal tweġiba għad-DO

Oriġinarjament id-destinatarji tad-DO ingħataw terminu ta' xahrejn mid-data ta' meta l-fajl tal-Kummissjoni waslilhom fil-forma ta' DVD biex jipprovdu l-kummenti tagħhom bil-miktub dwar id-DO. Wara li saru talbiet minn bosta partijiet u minħabba, pereżempju, il-kxif ta’ informazzjoni addizzjonali u perjodu ta’ vakanzi, ingħataw żewġ estensjonijiet ġenerali ta' xahar kull wieħed lid-destinatarji kollha tad-DO. B’mod eċċezzjonali, dawn l-estensjonijiet ġenerali ngħataw direttament mid-DĠ Kompetizzjoni bl-approvazzjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta. Barra minn dan, wara li saru talbiet immotivati u ġustifikati, ingħataw estensjonijiet addizzjonali lil bosta partijiet individwalment mill-Uffiċjal tas-Seduta li kien responsabbli dak iż-żmien. B’mod ġenerali, il-partijiet ingħataw madwar erba' xhur żmien biex jirreaġixxu għad-DO. Il-partijiet kollha rreaġixxew fiż-żmien li ngħata.

IL-PROĊEDURA ORALI

Seduta Orali

Il-gruppi ta’ impriżi kollha, minbarra RAF Rubinetteria SpA, eżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu f’Seduta Orali li nżammet fit-12-14 ta’ Novembru 2007 (6).

Ittra tal-Fatti

Fid-9 ta’ Lulju 2009 ntbagħtet Ittra tal-Fatti lill-partijiet kollha. B’dik l-ittra, il-Kummissjoni attiratilhom l-attenzjoni għal xi provi, li ma kinux ġew espressament imsemmija jew li ma ntużawx fid-DO iżda li l-Kummissjoni madankollu kellha l-intenzjoni li tuża fid-deċiżjoni finali. Fl-istess ħin il-partijiet ġew ukoll infurmati bil-konklużjonijiet li setgħu jinġibdu minn dawk il-provi favur l-oġġezzjonijiet li kienu diġà ssemmew fid-DO. Għalkemm il-provi speċifiċi ma kinux intużaw fid-DO huma kienu madankollu jagħmlu parti mill-fajl li kien diġà sar disponibbli. Il-partijiet ingħataw terminu ta' tliet ġimgħat biex iwieġbu l-Ittra tal-Fatti.

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv kien hemm parti fil-proċedimenti li talbet għal seduta orali oħra minħabba l-allegat tul irraġonevoli tal-proċedimenti amministrattivi.

L-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

Wara s-sottomissjonijiet bil-miktub u orali tad-destinatarji, il-Kummissjoni żammet l-oġġezzjonijiet tagħha kontra 63 entità legali li kienu l-proprjetà ta' 17-il grupp ta’ impriżi, filwaqt li ddeċidiet li ma tkomplix bl-oġġezzjonijiet tagħha kontra żewġ impriżi (7). Fil-konfront tal-impriżi li baqgħu jidhru fl-abbozz ta’ Deċiżjoni, id-dewmien tal-ksur tnaqqas b’mod konsiderevoli fil-każ tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi u d-dewmien globali tnaqqas minn kważi 19-il sena għal madwar 12-il sena.

Barra minn dan, ġew ristretti l-ambitu u l-parteċipazzjoni fil-ksur għal bosta partijiet meta dawn jiġu pparagunati mad-DO. B’mod partikolari, tmien impriżi biss inżammu responsabbli talli pparteċipaw fi ksur waħdieni u kontinwu fil-gamma kollha tal-prodott u għaż-żona ġeografika kollha, jiġifieri fl-Awstrija, fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi. L-impriżi l-oħra nżammew biss responsabbli għal ksur waħdieni u kontinwu fil-każ tal-pajjiżi fejn il-parteċipazzjoni attwali tagħhom fil-kartell setgħet tkun ippruvata, peress li l-provi fil-fajl ma kinux biżżejjed biex jiġi stabbilit mingħajr dubju li kienu konxji, jew li kellhom raġonevolment ikunu konxji, mill-kopertura ġeografika sħiħa tal-arranġamenti tal-kartell. B’mod partikolari, ħames produtturi Taljani nżammu biss responsabbli għal kuntatti illegali dwar viti, tagħmir u ċeramika, għaliex kienu biss attivi u konxji mill-arranġamenti tal-kartell fl-Italja fejn il-kollużjoni ma kinitx tinkludi l-kabini tad-doċċa. L-impriżi l-oħrajn inżammu madankollu responsabbli għal ksur waħdieni u kontinwu li jkopri t-tliet gruppi kollha tal-prodotti għaliex, minkejja li ma kinux attivi fis-swieq tal-prodotti l-oħrajn, kienu konxji dwar (jew setgħu raġonevolment jipprevedu) l-ambitu kollu, f’dak li jirrigwarda l-prodotti, tal-arranġamenti antikompetittivi. Madankollu, għall-iskop tal-kalkolu tal-multa, se jitqies biss il-bejgħ li effettivament sar fis-swieq li kienu attivi fihom. Barra minn dan, id-Deċiżjoni ssib li hemm preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Fl-aħħar nett, dwar it-tul tal-proċedimenti amministrattivi f'dan il-każ, infakkar li l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jeħtieġ li kull persuna jkollha d-dritt li kwistjonijiet li jikkonċernawha jiġu pproċessati fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni. Filwaqt li l-proċedura sħiħa damet madwar ħames snin u sitt xhur, għaddew aktar minn tliet snin min-notifika tad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet u madwar 31 xahar minn meta nżammet is-Seduta Orali. Jidher li l-perjodu ta’ żmien wara s-Seduta Orali ttawwal konsiderevolment minkejja l-fatt li, matul dal-perjodu, il-Kummissjoni ħarġet Ittra tal-Fatti li l-partijiet ingħataw l-opportunità li jirreaġixxu għaliha u kienet ukoll qed teżamina u tivvaluta diversi pretensjonijiet ta' nuqqas ta’ ħila li jsir ħlas. Fi kwalunkwe każ, il-kwistjoni dwar jekk iż-żmien meħtieġ għall-Kummissjoni biex tadotta din id-Deċiżjoni kisirx il-prinċipju ta’ żmien raġonevoli tista' tibqa' miftuħa minħabba li ma hemm l-ebda indikazzjoni li d-dewmien kien ifixkel l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża (8).

Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-Deċiżjoni jirrigwarda biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Inqis li f’dan il-każ ġie rrispettat id-dritt tal-parteċipanti kollha fil-proċedimenti li jinstemgħu.

Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2010.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza ta' uffiċjali tas-seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21).

(2)  Masco, Sanitec, Grohe, American Standard, Hansa, […], Villeroy&Boch, Duscholux, Duravit, Roca, Dornbracht, Kludi, Artweger, Rubinetteria Cisal, […], Mamoli Rubinetteria, RAF Rubinetteria, Teorema Rubinetteria u Zuchetti Rubinetteria.

(3)  Is-suq tal-fittings u tat-tagħmir tal-kmamar tal-banju jinkludi tliet gruppi ta’ prodotti (i) viti u tagħmir, (ii) kabini tad-doċċa u (iii) ċeramika.

(4)  L-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi.

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(6)  Għalkemm il-gruppi ta’ impriżi kollha, minbarra RAF Rubinetteria, kienu rrappreżentati fis-seduta, xi entitajiet legali li kienu l-proprjetà tal-impriżi American Standard, Duscholux u Sanitec, jiġifieri Trane Inc (li qabel kienet l-American Standard Corporation), Duscholux AG, Allia SA/SAS, produits Céramiques de Touraine SA, Keramag Keramische Werke A.G., Keramag Vertriebsges. m.b.H., Keramag Belgium N.V. (SA), Keramag Netherlands B.V., Koralle Sanitärprodukte GmbH, Koninklijke Sphinx B.V., Sphinx Bathrooms Belgium N.V. (SA) u Pozzi-Ginori SpA, ma pparteċipawx individwalment.

(7)  […]

(8)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2006, kawża C-105/04 P, punt 35 et seq, Nederlandse Federatieve vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied (FEG).


29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/12


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Ġunju 2010

dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Il-Każ COMP/39.092 – Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju])

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4185)

(It-testi bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u t-Taljan biss huma awtentiċi)

2011/C 348/09

Fit-23 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni se tkun fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni ġiet indirizzata lil 62 entità legali, li huma proprjetà ta’ 17-il impriża attiva fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji, għall-ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Mis-16 ta’ Ottubru 1992 sad-9 ta’ Novembru 2004 d-destinatarji pparteċipaw fi ksur wieħed, kumpless u kontinwu, li jkopri t-territorju tal-Awstrija, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Italja, il-Belġju u Franza, u li jikkonsisti f’koordinazzjoni taż-żidiet tal-prezzijiet annwali kif ukoll il-koordinazzjoni taż-żidiet tal-prezzijiet fl-okkażjoni ta’ okkorrenzi speċifiċi (bħaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, tat-taxxi tat-toroq, l-introduzzjoni tal-Euro), l-iffissar tal-prezzijiet minimi u tnaqqis u skambju ta’ informazzjoni sensittiva tan-negozju.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Il-Proċedura

(2)

Il-każ infetaħ fuq il-bażi ta’ applikazzjoni ta’ immunità li saret minn Masco taħt l-Avviż ta’ Klemenza tal-2002 tal-Kummissjoni fil-15 ta’ Lulju 2004. Il-Kummissjoni kisbet aktar xhieda mill-ispezzjonijiet li saru f’Novembru 2004 fil-bini ta’ bosta destinatarji tad-Deċiżjoni fl-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi. Wara dawk l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet ta’ klemenza minn Grohe, Ideal Standard, Hansa, Dornbracht, Roca u Artweger u bagħtet bosta talbiet għal informazzjoni.

(3)

Fis-26 ta' Marzu 2007, inħarġet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u l-impriżi kollha ngħataw il-possibbiltà li jkollhom aċċess għall-fajl sabiex jiddefendu lilhom infushom bil-miktub kontra l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni u fit-12 u -14 ta' Novembru 2007, waqt Seduta Orali. Il-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjoni dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-25 ta' Mejju 2010 u fit-18 ta’ Ġunju 2010 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fit-23 ta’ Ġunju 2010.

2.2.   Sommarju tal-ksur

(4)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-gruppi ta’ prodotti li ġejjin: viti, installazzjonijiet, prodotti sanitarji taċ-ċeramika u diviżorji tad-doċċa.

(5)

Il-ksur kien jikkonsisti mill-koordinazzjoni taż-żidiet tal-prezzijiet annwali, u kif ukoll il-koordinazzjoni taż-żidiet tal-prezzijiet fl-okkażjoni ta’ okkorrenzi speċifiċi (bħaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, tat-taxxi tat-toroq, l-introduzzjoni tal-Euro), l-iffissar tal-prezzijiet minimi u tnaqqis u skambju ta’ informazzjoni sensittiva tan-negozju. Il-koordinazzjoni tal-prezzijiet primarjament twettqet fil-kuntest tal-laqgħat li saru fi 13-il assoċjazzjoni nazzjonali differenti tal-kummerċ, sostnuta minn kuntratti bilaterali fost uħud mill-impriżi, fil-perjodu ta’ bejn l-1992 u l-2004 u ġiet iffukata fuq il-bejgħ mill-manifatturi lill-grossisti.

(6)

Il-kartell estenda għal sitt Stati Membri, primarjament l-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi. Għall-Pajjiżi l-Baxxi, ksur jinsab fid-Deċiżjoni iżda ma hija imposta l-ebda multa peress li l-ksur għal dan il-pajjiż huwa preskritt mill-31 ta’ Diċembru 2009 ’l quddiem.

(7)

Id-Deċiżjoni ssib ksur wieħed, kumpless u kontinwu (KUKK) għat-tliet gruppi tal-prodott fis-sitt Stati Membri msemmija. Mis-17-il grupp ta’ impriżi kkonċernati, 8 qegħdin jinżammu responsabbli għall-KUKK fis-sitt pajjiżi kollha (jiġifieiri Masco, American Standard, Grohe, Hansa, Duravit, Duscholux, Sanitec u Villeroy & Boch), peress li kien ġie stabbilit li ma setgħux ma jkunux konsapevoli tal-ambitu globali u tal-karatteristiċi essenzjali tal-kartell. L-impriżi li jifdal, jinżammu responsabbli biss għall-KUKK għall-pajjiżi li fihom huma kienu attivi fil-kartell, għax il-konsapevolezza tagħhom tal-iskema ġeografika globali tal-kartell ma setgħetx tiġi stabbilita (2).

(8)

Kull indirizzat jinżamm responsabbli għall-involviment proprju fl-arranġamenti tal-kartelli, jiġifieri, jew bħala parteċipant dirett, jew, fil-każ ta’ kumpanija ewlenija, minħabba li l-imġiba tas-sussidjarja hija attribwita lill-ewlenija jekk l-ewlenija tkun eżerċitat influwenza deċiżiva fuq il-kondotta tas-sussidjarji waqt il-perjodu inkwistjoni.

2.3.   Id-destinatarji u perjodu

(9)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil 62 entità legali prorpjetà tas-17-il impriża li ġejjin: Masco, Grohe, Ideal Standard (3), Roca, Hansa, Dornbracht, Sanitec, Villeroy & Boch, Duravit, Duscholux, Kludi, Artweger, Cisal, Mamoli, RAF, Teorema u Zucchetti.

(10)

Il-perjodu għall-bosta destinatarji tad-Deċiżjoni huwa kif ġej:

(a)

Masco Corporation (1.1.1995–15.7.2004); Hansgrohe AG (16.10.1992– 15.7.2004; Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH (6.11.2002–15.7.2004); Hansgrohe Handelsgesellschaft GmbH (30.5.1995–15.7.2004); Hansgrohe SA/N.V. (21.9.2000–15.7.2004), Hansgrohe B.V. (28.9.1994–31.12.1999); Hansgrohe Sarl (1.5.2004–15.7.2004); Hansgrohe S.R.L. (16.10.1992–15.7.2004); Hüppe GmbH (15.9.1994–15.7.2004); Hüppe GesmbH (12.10.1994–15.7.1994); Hüppe Belgium SA (N.V.) (10.3.2003–15.7.2004); Hüppe B.V. (20.1.1999–31.12.1999).

(b)

Grohe Beteiligungs GmbH (15.3.1993–9.11.2004); Grohe AG (15.3.1993–9.11.2004); Grohe Deutschland Vertriebs GmbH (6.3.1998–9.11.2004); Grohe Gesellschaft GmbH (21.7.1994–9.11.2004); Grohe SA (N.V.) (21.9.2000–9.11.2004; Grohe Sarl (10.12.2002–9.11.2004); Grohe SpA (15.3.1993–9.11.2004); Grohe Nederland B.V. (28.9.1994–31.12.1999).

(c)

Trane Inc. (15.3.1993–9.11.2004), WABCO Europe BVBA (29.10.2001–9.11.2004); WABCO Austria GesmbH (21.7.1994–9.11.2004), Ideal Standard GmbH (19.3.2003–9.11.2004); Ideal Standard Produktions-GmbH (30.10.2001–9.11.2004); Ideal Standard France (10.12.2002–9.11.2004); Ideal Standard Italia s.r.l. (15.3.1993–9.11.2004), Ideal Standard Nederland B.V. (30.11.1994–31.12.1999).

(d)

Hansa Metallwerke AG (16.10.1992–9.11.2004; Hansa Nederland B.V. from 26.11.1996–31.12.1999); Hansa Italiana s.r.l. (16.10.1992–9.11.2004); Hansa Belgium BVBA-SPRL (10.3.2003–9.11.2004) u Hansa Austria GmbH (21.7.1994–9.11.2004).

(e)

Sanitec Europe Oy (12.10.1994–9.11.2004); Allia S.A.S. (25.2.2004–9.11.2004); Produits Céramiques de Touraine SA (25.2.2004–9.11.2004); Keramag Keramische Werke AG (12.10.1994–9.11.2004); Koninklijke Sphinx B.V. (28.9.1994–9.11.2004); Koralle Sanitärprodukte GmbH (24.1.1996–9.11.2004); Pozzi Ginori SpA (14.5.1996–14.9.2001).

(f)

Villeroy & Boch AG (28.9.1994–9.11.2004); Villeroy & Boch Austria GmbH (12.10.1994–9.11.2004); Villeroy & Boch Belgium SA (N.V.) (30.10.2001–9.11.2004); Villeroy & Boch S.A.S. (25.2.2004–9.11.2004).

(g)

Duravit AG (7.7.2000–9.11.2004); Duravit BeLux Sprl/Bvba (30.10.2001–9.11.2004); Duravit SA (25.2.2004–9.11.2004).

(h)

Duscholux GmbH & Co. KG (29.11.1994–9.11.2004), Duscholux Belgium SA/N.V. (21.9.2000–9.11.2004), DPM Duschwand-Produktions- und Montagegesellschaft GmbH. (15.9.1994–9.11.2004).

(i)

Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG Armaturenfabrik (6.3.1998–9.11.2004).

(j)

Kludi GmbH & Co. KG (6.3.1998–9.11.2004), Kludi Armaturen GmbH & Co. KG (21.7.1994–9.11.2004).

(k)

Roca Sanitario SA (29.10.1999–9.11.2004), Roca Sarl (10.12.2002–9.11.2004), Laufen Austria AG (12.10.1994–9.11.2004).

(l)

Artweger GmbH. & Co. KG (12.10.1994–9.11.2004).

(m)

Rubinetteria Cisal SpA (15.3.1993–9.11.2004).

(n)

Mamoli Robinetteria SpA (18.10.2000–9.11.2004).

(o)

RAF Rubinetteria SpA (15.3.1993–9.11.2004).

(p)

Rubinetterie Teorema SpA (15.3.1993–9.11.2004).

(q)

Zucchetti Rubinetteria SpA (16.10.1992–9.11.2004).

2.4.   Rimedji

(11)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (4).

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(12)

L-ammont bażiku tal-multa ġie determinat bħala proporzjon tal-valur tal-bejgħ tal-prodotti tal-installazzjonijiet sanitarji li sar lil grossisti minn kull impriża fiż-żona ġeografika rilevanti matul l-aħħar sena tal-ksur (l-2003 għal bosta kumpaniji), immultiplikat bl-għadd ta' snin u xhur li matulhom ikun seħħ il-ksur minn kull impriża (ammont varjabbli), kif ukoll ammont addizzjonali, ukoll ikkalkulat bħala proporzjon tal-valur tal-bejgħ, sabiex ikun ta’ deterrent fejn jidħlu l-ftehimiet orizzontali dwar arranġament ta' stabbiliment ta’ prezzijiet (“il-miżata tad-dħul”).

(13)

Filwaqt li titqies in-natura tal-ksur, is-sehem tas-suq kombinat tal-impriżi kollha kkonċernati, l-iskop ġeografiku tal-ksur u l-implimentazzjoni, kemm l-ammont varjabbli kif ukoll il-miżata tad-dħul ġew stabbiliti għal 15 %.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

(14)

Ma nstabu l-ebda ċirkustanzi aggravanti jew mitiganti applikabbli f’dan il-każ. Ma ġiet applikata l-ebda żieda għad-deterrenza.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-10 % tal-limitu massimu tal-fatturat

(15)

Il-limitu ta’ fatturat ta’ 10% pprovdut fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 nkiseb fir-rigward tal-impriżi kollha barra tnejn minnhom. Il-multi rispettivi ġew aġġustati skont dan.

2.4.4.   L-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002: tnaqqis ta' multi

(16)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2002, Masco ngħatat immunità sħiħa mill-multi. Il-multi għal Grohe u Ideal Standard tnaqqsu bi 30 %. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 23 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2002, il-Kummissjoni, meta ffissat il-multa għal Ideal Standard, ma qisetx il-fatti fir-rigward taċ-ċeramika fil-Belġju u viti, installazzjonijiet u ċeramika fi Franza. Ir-raġuni għal dan kien li Ideal Standard kienet l-ewwel impriża li tinforma lill-Kummissjoni dwar il-ksur stabbilit fir-rigward ta’ dawk il-gruppi ta' prodott u pajjiżi u dawn il-fatti ma kinux preċedentament magħrufa mill-Kummissjoni. L-applikazzjonijiet għall-klemenza ta’ Hansa, Roca, Dornbracht u Artweger ġew miċħuda minħabba li ma kellhomx valur miżjud sinifikanti meta mqabbla mal-informazzjoni li l-Kummissjoni diġà għandha fil-pussess tagħha.

2.4.5.   Inkapaċità ta' ħlas

(17)

Għaxar impriżi invokaw l-inkapaċità li jħallsu taħt il-punt 35 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi. Il-Kummissjoni qieset dawk id-dikjarazzjonijiet u analizzat bir-reqqa s-sitwazzjoni finanzjarja ta' dawk l-impriżi kif ukoll il-kuntest soċjali u ekonomiku speċifiku.

(18)

Fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi, il-Kummissjoni eżaminat ir-rapporti finanzjarji riċenti u ta’ bħalissa tal-kumpaniji u kif ukoll il-projjezzjonijiet tagħhom għas-snin ta’ wara. Il-Kummissjoni qiset numru ta’ proporzjonijiet finanzjarji li jkejlu s-solidità, il-profitibbiltà, is-solvenza u l-likwidità u kif ukoll is-sitwazzjoni tagħha fejn jidħlu ekwita u fluss tal-flus. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiset ir-relazzjonijiet ma’ msieħba finanzjarji esterni, bħall-banek u relazzjonijiet ma’ azzjonisti. L-analiżi tqis ukoll il-pjanijiet ta’ ristrutturar.

(19)

Il-Kummissjoni vvalutat il-kuntest soċjali u ekonomiku speċifiku għal kull impriża li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha nstabet li kienet biżżejjed kritika. F’dan il-kuntest, tqies l-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq is-settur tal-installazzjonijiet sanitarji. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll, għall-ħames impriżi kkonċernati, li l-multa tista’ twassal biex l-assi tagħhom jitilfu valur sinifikanti.

(20)

Bħala riżultat tal-analiżi tal-Kummissjoni, il-multi tat-tliet kumpaniji tnaqqsu b’50 % u dawk ta’ tnejn oħra b’25 % minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħhom.

3.   MULTI IMPOSTI BID-DEĊIŻJONI

1.

 

EUR 0

On Masco Corporation; Hansgrohe AG; Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH; Hansgrohe Handelsgesellschaft GmbH; Hansgrohe SA/N.V.; Hansgrohe B.V.; Hansgrohe Sarl; Hansgrohe S.R.L.; Hüppe GmbH; Hüppe GesmbH; Hüppe Belgium SA (N.V.) u Hüppe B.V.

2.

(a)

EUR 25 372 377

Solidament fuq Grohe Deutschland Vertriebs GmbH, Grohe Beteiligungs GmbH u Grohe AG

(b)

EUR 4 917 533

Solidament fuq Grohe Gesellschaft GmbH, Grohe Beteiligungs GmbH u Grohe AG,

(c)

EUR 4 132 820

Solidament fuq Grohe SA (N.V.), Grohe Beteiligungs GmbH u Grohe AG

(d)

EUR 6 277 702

Solidament fuq Grohe Sarl, Grohe Beteiligungs GmbH u Grohe AG

(e)

EUR 14 124 828

Solidament fuq Grohe SpA, Grohe Beteiligungs GmbH u Grohe AG

(f)

EUR 0

Solidament fuq Grohe Nederland B.V., Grohe Beteiligungs GmbH u Grohe AG

TOTAL

EUR 54 825 260

 

3.

(a)

EUR 259 066 294

Fuq Trane Inc.

(b)

EUR 44 995 552

Solidament fuq WABCO Europe BVBA u Trane Inc.

(c)

EUR 1 519 000

Solidament fuq WABCO Austria GesmbH, WABCO Europe BVBA u Trane Inc.

(d)

EUR 0

Solidament fuq Ideal Standard France, WABCO Europe BVBA u Trane Inc.

(e)

EUR 12 323 430

Solidament fuq Ideal Standard Italia s.r.l., WABCO Europe BVBA u Trane Inc.

(f)

EUR 5 575 920

Solidament fuq Ideal Standard GmbH, WABCO Europe BVBA u Trane Inc.

(g)

EUR 0

Solidament fuq Ideal Standard Produktions-GmbH, WABCO Europe BVBA u Trane Inc.

(h)

EUR 2 611 000

Solidament fuq WABCO Austria GesmbH u Trane Inc.

(i)

EUR 0

Fuq Ideal Standard Nederland B.V.

TOTAL

EUR 326 091 196

 

4.

(a)

EUR 17 700 000

Solidament fuq Roca Sanitario SA u Laufen Austria AG

(b)

EUR 6 700 000

Solidament fuq Roca SARL u Roca Sanitario SA

(c)

EUR 14 300 000

Laufen Austria AG

TOTAL

EUR 38 700 000

 

5.

(a)

EUR 10 181 196

Fuq Hansa Metallwerke AG

(b)

EUR 2 212 713

Solidament fuq Hansa Austria GmbH u Hansa Metallwerke AG

(c)

EUR 2 036 239

Solidament fuq Hansa Italiana s.r.l. u Hansa Metallwerke AG

(d)

EUR 111 314

Solidament fuq Hansa Belgium BVBA-SPRL u Hansa Metallwerke AG

(e)

EUR 0

Solidament fuq Hansa Nederland B.V. u Hansa Metallwerke AG

TOTAL

EUR 14 541 462 (5)

 

6.

 

EUR 12 517 671

Fuq Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG Armaturenfabrik;

7.

(a)

EUR 9 873 060

Fuq Sanitec Europe Oy

(b)

EUR 26 068 884

Solidament fuq Keramag Keramische Werke AG u Sanitec Europe Oy

(c)

EUR 1 395 690

Solidament fuq Koninklijke Sphinx B.V. u Sanitec Europe Oy

(d)

EUR 4 579 610

Solidament fuq Allia S.A.S. u Sanitec Europe Oy

(e)

EUR 2 529 689

Solidament fuq Produits Céramiques de Touraine SA, Allia S.A.S. u Sanitec Europe Oy

(f)

EUR 4 520 000

Solidament fuq Pozzi Ginori SpA u Sanitec Europe Oy

(g)

EUR 5 233 840

Solidament fuq Koralle Sanitärprodukte GmbH u Sanitec Europe Oy

(h)

EUR 3 489 227

Fuq Koralle Sanitärprodukte GmbH

TOTAL

EUR 57 690 000

 

8.

(a)

EUR 54 436 347

Fuq Villeroy & Boch AG

(b)

EUR 6 083 604

Solidament fuq Villeroy & Boch Austria GmbH u Villeroy & Boch AG

(c)

EUR 2 942 608

Solidament fuq Villeroy & Boch Belgium SA (N.V.) u Villeroy & Boch AG

(d)

EUR 8 068 441

Solidament fuq Villeroy & Boch S.A.S. u Villeroy & Boch AG

TOTAL

EUR 71 531 000

 

9.

(a)

EUR 25 226 652

Fuq Duravit AG

(b)

EUR 2 471 530

Solidament fuq Duravit BeLux SPRL/BVBA u Duravit AG

(c)

EUR 1 568 143

Solidament fuq Duravit S.A. u Duravit AG

TOTAL

EUR 29 266 325

 

10.

(a)

EUR 384 022

Fuq Duscholux GmbH & Co. KG

(b)

EUR 128 007

Fuq Duscholux Belgium SA;

(c)

EUR 1 147 652

Fuq DPM Duschwand-Produktions- und Montagegesellschaft GmbH;

TOTAL

EUR 1 659 681

 

11.

(a)

EUR 3 233 192

Fuq Kludi GmbH & Co. KG

(b)

EUR 2 282 253

Fuq Kludi Armaturen GmbH & Co. KG

TOTAL

EUR 5 515 445

 

12.

 

EUR 2 787 015

Fuq Artweger GmbH. & Co. KG;

13.

 

EUR 1 196 269

Fuq Rubinetteria Cisal SpA

14.

 

EUR 1 041 531

Fuq Mamoli Robinetteria SpA

15.

 

EUR 253 600

Fuq RAF Rubinetteria SpA.

16.

 

EUR 421 569

Fuq Rubinetterie Teorema SpA

17.

 

EUR 3 996 000

Fuq Zucchetti Rubinetteria SpA


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Dawk l-impriżi huma Roca (miżmuma responsabbli għall-Awstrija u Franza), Dornbracht u Kludi (miżmuma responsabbli għall-Awstrija u l-Ġermanja), Artweger (miżmuma responsabbli għall-Awstrija), u l-impriżi Taljani Cisal, Mamoli, RAF, Teorema, Zucchetti (kollha miżmuma responsabbli għall-Italja, fejn il-koordinazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjoni koprit biss viti, installazzjonijiet u ċeramika).

(3)  Dak li kien il-grupp Ideal Standard issa nqasam f’bosta impriżi. L-entitajiet legali li kienu parti minn dak li kien il-grupp Ideal Standard u li għalihom hija indirizzata d-Deċiżjoni huma elenkati fil-paragrafu (10) (c).

(4)  Linji gwida dwar il-metodu ta' kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2) (a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).

(5)  Ara d-Deċiżjoni tal-1 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4185 finali fir-rigward ta’ proċediment skont l-Artikolu 101 dwar it-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, C(2011) 1178.