15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 365/1


REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)

(2011/C 365 A/01)

L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1)). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

Aktar informazzjoni dwar L-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa http://www.ema.europa.eu

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riserva għal:

 

EMA/AD/331: Amministratur, Speċjalist tas-SAP, utent tal-ICT u Sostenn tal-Applikazzjoni, għall-Unità tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija ta' Komunikazzjoni (AD8)

Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jista' jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 4.3.1968).

Il-post tal-impjieg ikun Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda jew tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.

Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website tal-Aġenzija:

http://www.ema.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm

L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formola disponibbli fuq il-website tal-Aġenzija. L-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet tagħlaq fit-12 ta' Jannar 2012 f'nofsillejl.

Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija, meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalalha problemi biex tiproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja.

Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta' impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra online għal RSS fuq http://www.ema.europa.eu/ taħt “RSS news feeds”.