6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/363

tal-5 ta' Marzu 2015

dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/71/PESK dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (1), li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul, u s-soġġorn, fit-territorju tal-Istati Membri msemmija fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(2)

Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta' dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta' permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f'konformità mal-Artikolu 3 ta' dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar li jibda mill-31 ta' Jannar 2014.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REIZNIECE-OZOLA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/71/PESK tal-31 ta' Jannar 2013 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani ĠU L 32, 1.2.2013, p. 19).

(2)  Pożizzjoni komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK tal-21 ta' Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani (ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33).