23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-269/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema speċjali għall-aġenti tal-ivvjaġġar - Diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-applikazzjoni ta’ skema speċjali għal persuni oħra barra l-vjaġġaturi - Kunċett ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijent”)

2013/C 344/08

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u M. Šimerdová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Očková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. M. Mamouna, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J.-S. Pilczer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 306 sa 310, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar fuq it-tranżazzjonijiet magħmula minnhom favur benefiċjarji li ma humiex il-vjaġġaturi

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Ċeka.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011.