20.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/11


Sejħa għal proposti fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru tal-Euratom għar-Riċerka Nukleari u l-Attivitajiet ta' Taħriġ

2010/C 225/08

B'dan qiegħed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għal proposti fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Euratom) għar-Riċerka Nukleari u l-Attivitajiet ta' Taħriġ (mill-2007 sal-2011).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja. Id-data tal-għeluq u l-baġit tas-sejħa huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS.

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Euratom

It-titlu tas-Sejħa: Fissjoni Nukleari u Ħarsien mir-Radjazzjoni

L-identifikatur tas-Sejħa: FP7-Fission-2011

Din is-sejħa għal proposti għandha x’taqsam mal-programm ta’ ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5704 tal-20 ta’ Awwissu 2010.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta' ħidma u l-linji ta' gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti huma aċċessibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/ & Participant Portal: http://ec.europa.eu/research/participants/portal/