8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/27


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (L-Italja) fit-28 ta' Diċembru 2007 — Sea s.r.l. vs Comune di Ponte Nossa

(Kawża C-573/07)

(2008/C 64/39)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sea s.r.l.

Konvenuta: Comune di Ponte Nossa.

Domandi preliminari

Huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju u b'mod partikolari mal-libertà ta' stabbiliment jew li jiġu pprovduti servizzi, ma' non-diskriminazzjoni u ma' l-obbligi ta' ugwaljanza fit-trattament, ta' trasparenza u ta' kompetizzjoni libera mnizzlin fl-Artikoli 12, 43, 45, 46, 29 u 86 tat-Trattat, l-għoti dirett ta' kuntratt għall-ġbir, trasport u r-rimi ta' skart solidu ta' l-ibliet lil kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata b'kapital kompletament pubbliku bi statut konformi — għall-finijiet ta' l-Artikolu 11 tal-liġi Nru 267 tat-18 ta' Awwissu 2000 — kif indikat fil-motivi esposti?