25.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (Anness II) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 (Anness VIII)

2012/C 20/02

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 (1), u fl-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012 tat-23 ta' Jannar 2012 (2).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness V għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

DG K Coordination Unit

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-attenzjoni tinġibed ukoll għall-possibbiltà għal kull persuna u entità kkonċernata li d-deċiżjoni tal-Kunsill tkun ikkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 19, 24.1.2012, p. 22.

(2)  ĠU L 19, 24.1.2012, p. 1.