ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.235.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
11 ta' Awwissu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 235/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6205 – Eli Lilly/Janssen Pharmaceutica animal health business assets) ( 1 )

1

2011/C 235/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6240 – Temasek/E Oppenheimer/Tana JV) ( 1 )

1

2011/C 235/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6200 – APMM/Bollore/Douala International Terminal JV) ( 1 )

2

2011/C 235/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6232 – Allianz/Banco Popular/Popular Gestión) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 235/05

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/500/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 804/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 235/06

Rata tal-kambju tal-euro

4

2011/C 235/07

Kummissjoni Amministrativa tal-Komunitajiet Ewropej għas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti – Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

5

2011/C 235/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)  ( 1 )

7

2011/C 235/09

Deċiżjoni sabiex tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali wara l-irtirar minn Stat Membru – Għajnuna mill-Istat – L-Estonja (L-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika – Għajnuna mill-Istat C SA.30531 (11/C) (ex N 78/10) – Għajnuna għal Kapaċità ta’ Ħlasijiet għall-Produzzjoni tal-Elettriku miż-Żejt tax-Shale ( 1 )

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 235/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6245 – Liberty Mutual Group/The Irish general business of Quinn Insurance Limited) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

9

2011/C 235/11

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6234 – First Reserve Fund XII/Metallum Holding) ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 235/12

Avviż għall-attenzjoni tal-Emarat Kavkaz u tat-Tehrik-i Taliban Pakistan, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 796/2011

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6205 – Eli Lilly/Janssen Pharmaceutica animal health business assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 235/01

Fis-6 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6205. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6240 – Temasek/E Oppenheimer/Tana JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 235/02

Fit-2 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6240. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6200 – APMM/Bollore/Douala International Terminal JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 235/03

Fl-4 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6200. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6232 – Allianz/Banco Popular/Popular Gestión)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 235/04

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6232. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/500/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 804/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

2011/C 235/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni segwenti tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/500/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 804/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti li jinsabu f'dawk l-Annessi.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 204/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

DG K Coordination

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 206, 11.8.2011, p. 53.

(2)  ĠU L 206, 11.8.2011, p. 19.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Awwissu 2011

2011/C 235/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4367

JPY

Yen Ġappuniż

109,84

DKK

Krona Daniża

7,4508

GBP

Lira Sterlina

0,88430

SEK

Krona Żvediża

9,2323

CHF

Frank Żvizzeru

1,0451

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8105

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,088

HUF

Forint Ungeriż

273,18

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

4,1006

RON

Leu Rumen

4,2643

TRY

Lira Turka

2,5171

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3891

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4133

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2127

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7183

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7452

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 552,18

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,2264

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2150

HRK

Kuna Kroata

7,4430

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 258,65

MYR

Ringgit Malażjan

4,3202

PHP

Peso Filippin

61,070

RUB

Rouble Russu

42,1060

THB

Baht Tajlandiż

42,929

BRL

Real Brażiljan

2,3012

MXN

Peso Messikan

17,4084

INR

Rupi Indjan

65,0250


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/5


Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: Lulju 2011

Perjodu ta' applikazzjoni: Ottubru, Novembru, Diċembru 2011

07-2011

EUR

BGN

CZK

DKK

LVL

LTL

HUF

PLN

RON

1 EUR =

1

1,95580

24,3346

7,45598

0,709238

3,45280

267,681

3,99508

4,24134

1 BGN =

0,511300

1

12,4423

3,81224

0,362633

1,76542

136,865

2,04268

2,16860

1 CZK =

0,0410937

0,0803711

1

0,306394

0,0291452

0,141888

11,0000

0,164173

0,174293

1 DKK =

0,134121

0,262313

3,26377

1

0,0951234

0,463091

35,9015

0,535822

0,568851

1 LVL =

1,40996

2,75761

34,3109

10,5127

1

4,86832

377,420

5,63292

5,98014

1 LTL =

0,289620

0,566439

7,04779

2,15940

0,205410

1

77,5258

1,15706

1,22838

1 HUF =

0,00373579

0,00730646

0,0909090

0,0278540

0,00264957

0,0128989

1

0,0149248

0,0158448

1 PLN =

0,250308

0,489552

6,09115

1,86629

0,177528

0,864263

67,0026

1

1,06164

1 RON =

0,235774

0,461128

5,73748

1,75793

0,167220

0,814082

63,1123

0,941938

1

1 SEK =

0,109481

0,214122

2,66417

0,816286

0,0776479

0,378015

29,3059

0,437384

0,464345

1 GBP =

1,13025

2,21054

27,5042

8,42713

0,801617

3,90253

302,547

4,51544

4,79378

1 NOK =

0,128488

0,251296

3,12669

0,958000

0,0911282

0,443642

34,3937

0,513318

0,544960

1 ISK =

0,00603686

0,0118069

0,146905

0,0450107

0,00428157

0,0208441

1,61595

0,0241177

0,0256044

1 CHF =

0,849913

1,66226

20,6823

6,33694

0,602791

2,93458

227,506

3,39547

3,60477


07-2011

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

9,13403

0,884760

7,78286

165,649

1,17659

1 BGN =

4,67023

0,452377

3,97937

84,6963

0,601590

1 CZK =

0,375351

0,0363581

0,319827

6,80714

0,0483505

1 DKK =

1,22506

0,118664

1,04384

22,2169

0,157805

1 LVL =

12,8787

1,24748

10,9735

233,559

1,65895

1 LTL =

2,64540

0,256244

2,25407

47,9753

0,340764

1 HUF =

0,0341228

0,00330528

0,0290751

0,618830

0,00439550

1 PLN =

2,28632

0,221462

1,94811

41,4633

0,294510

1 RON =

2,15357

0,208604

1,83500

39,0558

0,277410

1 SEK =

1

0,0968641

0,852072

18,1354

0,128814

1 GBP =

10,3237

1

8,79658

187,225

1,32984

1 NOK =

1,17361

0,113681

1

21,2838

0,151177

1 ISK =

0,0551409

0,00534117

0,046984

1

0,00710291

1 CHF =

7,76314

0,751969

6,61475

140,787

1

Note: all cross rates involving ISK are calculated using ISK/EUR rate data from the Central Bank of Iceland

reference: Jul-11

1 EUR in national currency

1 unit of N.C. in EUR

BGN

1,95580

0,511300

CZK

24,3346

0,0410937

DKK

7,45598

0,134121

LVL

0,709238

1,40996

LTL

3,45280

0,289620

HUF

267,681

0,00373579

PLN

3,99508

0,250308

RON

4,24134

0,235774

SEK

9,13403

0,109481

GBP

0,884760

1,13025

NOK

7,78286

0,128488

ISK

165,649

0,00603686

CHF

1,17659

0,849913

Note: all cross rates involving ISK are calculated using ISK/EUR rate data from the Central Bank of Iceland

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

2011/C 235/08

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal-preżunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

CEN

EN 71-1:2011

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 1: Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi

18.6.2011

 

 

CEN

EN 71-2:2011

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 2: Kapaċità li jieħdu n-nar malajr

21.7.2011

 

 

Cenelec

EN 62115:2005

Ġugarelli elettriċi – Sigurtà

IEC 62115:2003 (Modifikat) + A1:2004

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

 

 

EN 62115:2005/A2:2011

IEC 62115:2003/A2:2010 (Modifikat)

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

Nota 3

Id-data ta’ din il-pubblikazzjoni

Nota 1:

Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal–Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’ każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandardizzar:

CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu),

Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu),

ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu).


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/8


DEĊIŻJONI SABIEX TINGĦALAQ IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA L-IRTIRAR MINN STAT MEMBRU

Għajnuna mill-Istat – L-Estonja

(L-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika

Għajnuna mill-Istat C SA.30531 (11/C) (ex N 78/10) – Għajnuna għal Kapaċità ta’ Ħlasijiet għall-Produzzjoni tal-Elettriku miż-Żejt tax-Shale

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 235/09

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura formali ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, inizjata fit-23 ta' Marzu 2011 fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, u rreġistrat li l-Estonja rtirat in-notifika tagħha fit-23 ta' Mejju 2011.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6245 – Liberty Mutual Group/The Irish general business of Quinn Insurance Limited)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 235/10

1.

Fid-29 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Liberty Mutual Direct Insurance Company Limited (“Liberty”, l-Irlanda) li tappartjeni lill-grupp tal-Istati Uniti Liberty Mutual (Liberty Group) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll tan-negozju tal-assigurazzjoni ġenerali tar-Repubblika tal-Irlanda (“ROI general insurance business”) ta’ Quinn Insurance Limited (QIL) permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Liberty Group: assiguratur tal-proprjetà u għad-diżgrazzji, jipprovdi varjetà wiesgħa ta’ prodotti u servizzi tal-assigurazzjoni, inkluż fuq il-muturi, il-proprjetà, responsabilità ġenerali, kumpens tal-ħaddiema, assigurazzjoni kontra periklu multiplu kummerċjali, assigurazzjoni speċjali globali, assigurazzjoni kollettiva ta’ invalidità, riassigurazzjoni assunta u garanziji fl-Istati Uniti u f’pajjiżi oħra tad-dinja,

ROI general insurance business: negozju tal-assigurazzjoni ġenerali fir-Repubblika tal-Irlanda, esklużi negozji ta’ assigurazzjoni fuq is-saħħa u l-ħajja ta’ QIL u ċerti assi u responsabilitajiet oħra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6245 – Liberty Mutual Group/The Irish general business of Quinn Insurance Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/10


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6234 – First Reserve Fund XII/Metallum Holding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 235/11

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fil-15 ta’ Lulju 2011 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn First Reserve Fund XII u Metallum Holding. Fil-5 ta’ Awwissu 2011, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hi kienet qed tirtira in-notifika.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/11


Avviż għall-attenzjoni tal-Emarat Kavkaz u tat-Tehrik-i Taliban Pakistan, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 796/2011

2011/C 235/12

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

l-Al Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma’ ” Al-Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru mill-Al Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivattiv tagħha, jew ta' atti jew attivitajiet li jsiru magħhom, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' xi wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Fid-29 ta’ Lulju 2011 il-Kumitat tan-NU ddeċieda li jżid lill-Emarat Kavkaz u lit-Tehrik-i Taliban Pakistan mal-lista relevanti. Meta jridu dawn jistgħu jissottomettu talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

In-Nazzjonijiet Uniti – L-Uffiċċju tal-Ombudsperson

Kamra TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 2129632671

Fax +1 2129631300 / 3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Tista' ssib aktar informazzjoni hawn: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-2ni paragrafu, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 796/2011 (2), li jemenda l-Anness I ta' mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lill-Emarat Kavkaz u lit-Tehrik-i Taliban Pakistan fil-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“l-Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli wieħed jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi għal kwalunkwe wieħed jew waħda mill-individwi u entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a) (4); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprovdi għal proċedura ta' reviżjoni fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 796/2011 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri Restrittivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 796/2011 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 205, 10.8.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).