14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/37


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5121 — News Corp/Premiere)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/16)

1.

Fil-5 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża News Corporation (“News Corp”, l_Istati Uniti ta' l-Amerika) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Premiere AG (“Premiere”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal News Corp: kumpanija ta' divertiment diversifikata b'operazzjonijiet f'tmien setturi ta' l-industrija tal-midja, inklużi (i) filmati, (ii) televiżjoni, (iii) programmi fuq in-netwerk tal-kejbil, (iv) televiżjoni b'xandir dirett bis-satellita, (v) ġurnali u fuljetti, (vi) gazzetti, (vii) pubblikazzjoni tal-kotba, u (viii) negozji oħra,

għal Premiere: operatur ta' pjattaforma Pay TV fil-Ġermanja u l-Awstrija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5121— News Corp/Premiere, f'dan l-indirizz:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.