-
Ippubblikat21/08/2013
-
Skadenza01/10/2013
-
Ftuħ tal-offerti10/10/2013
-
Aġġudikat23/01/2014
-
Illum01/09/2026
Utilitajiet
il-Belġju-Brussell: SMART 2013/N004 — Ħila Ewropea għal kuxjenza skont is-sitwazzjoni
L-istudju 'Ħila Ewropea għal kuxjenza skont is-sitwazzjoni' (ECSA) huwa mmirat biex jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea t-tagħrif neċessarju biex tkun evalwata l-fattibbilità ta' ħolqien ta' federazzjoni Ewropea għal ċensura fuq l-Internet u monitoraġġ tad-drittijiet umani. Għaldaqstant, ix-xogħlijiet tal-istudju se jindirizzaw it-tifsira tal-qafas ta' tmexxija u l-infrastruttura tas-sistemi li għandhom imexxu u jappoġġjaw il-ħidmiet fil-possibbiltà ta' federazzjoni. Sabiex dan isir realtà f'kartografija ta' ċensura fuq l-Internet, il-federazzjoni tkun parti minn pjattaforma dinamika — ikkontrollata minn daxxbord — fejn netwerk federat ta' msieħba b'ħiliet ta' monitoraġġ tal-Internet u ċensura se jiġbru flimkien varjetà ta' settijiet ta' dejta mfissra b'mod ċar (inkluża d-dejta miftuħa u dejta kbira) irrelatati mal-post u l-intensità ta' ċensura fuq l-Internet u s-sorveljanza f'pajjiżi mhux demokratiċi jew pajjiżi fejn id-drittijiet umani huma l-aktar f'riskju. Il-ġbir tad-dejta se jkollu 2 mogħdijiet, l-ewwel waħda li tindirizza r-restrizzjonijiet/l-interruzzjonijiet fuq l-Internet u l-infrastruttura tat-TIK, l-aċċess, it-traffiku u l-kontenut, u fuqu jkun hemm it-tieni mogħdija ta' dejta kuntestwali ta' natura politika, soċjali, legali, regolatorja, ta' politika, tal-midja jew tad-drittijiet umani, irrelatata mal-Internet jew le. It-tagħrif li tista' toqgħod fuqu u qrib il-ħin reali mħallat fid-daxxbord se jkun ippreżentat f'mod li huwa faċli għall-utent u f'saffi differenti: viżwalizzazzjonijiet interattivi permezz ta' mapep live; allarmi; rapporti f'għamla speċjali u rapporti ġeografiċi f'għamla speċjali. Ħila bħal din mistennija li ttejjeb it-twissija bikrija, il-ħiliet tat-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' tfassil ta' politika ta' dawk li jfasslu l-politika fl-UE u jissaħħaħ il-livell tal-kuxjenza skont is-sitwazzjoni ta' msieħba bħal attivisti diġitali jew dawk li jiddefendu d-drittijiet umani.
Indirizz postali: Weesperstraat 3
Belt: Amsterdam
Kodiċi postali: 1018 DN
Pajjiż: NLD
Dan il-kontenut ippubblikat f’din il-paġna hu maħsub purament bħala servizz addizzjonali u m’għandu ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jassumu ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet uffiċjali tal-avviżi rilevanti dwar l-offerti huma dawk ippubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli fit-TED. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’din il-paġna. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara l-Avviż ta’ Spjegabbiltà u Responsabbiltà tal-Akkwist Pubbliku.