-
Ippubblikat24/07/2013
-
Skadenza02/09/2013
-
Aġġudikat10/04/2014
-
Illum17/08/2026
Utilitajiet
- jindika l-kodiċijiet CPV miġbura mit-test tal-proċedura
il-Belġju-Brussell: 13.R&T.RP.563 — Theddid avvanzat u persistenti — l-għarfien (TAP-Għ)
L-isfond:
Id-difiża fid-dinja virtwali hi waħda mill-prijoritajiet fil-pjan għall-iżvilupp tal-ħila (PŻĦ) tal-AED. Hemm tim tal-proġett (TP) magħmul minn rappreżentanti tal-AED u tal-Istati Membri li jipparteċpaw fiha (SMp) li hu responsabbli biex flimkien jiżviluppa dawn il-ħiliet tad-difiża fid-dinja virtwali, għall-immaniġġar tal-kriżijiet u l-operat bħala parti mill-politika komuni tas-sigurtà u d-difiża (PKSD). Netwerk magħmul minn esperti fir-riċerka & t-teknoloġija (R&T) tal-AED u tal-iSMp, magħruf bħala n-netwerk CapTech ('IAP4' f'dan il-każ), se jwieżen l-attivitajiet kollaborattivi biex iwasslu t-teknoloġiji meħtieġa f'waqthom. Għal dan il-għan, bħalissa qiegħed ikun ippjanat pjan ta' ħidma tar-R&T dwar id-difiża fid-dinja virtwali, u fl-istess waqt hemm il-bżonn li jittieħdu passi dwar sfidi urġenti li huma ovvji, bħat-theddid avvanzat u persistenti (TAP). Is-suġġett tal-kuntratt dwar 'L-għarfien ta' theddid avvanzat u persistenti (TAP-Għ)' hu l-ewwel pass biex titrawwem ħila fl-ambjent tad-difiża maħsuba biex tagħraf it-TAP kmieni kemm jista' jkun u tieħu passi intelliġenti biex ittaffi l-impatt tagħhom. Fl-ewwel fażi, se tkun ivvalutata l-fattibbiltà li jkun hemm appoġġ xieraq għall-għarfien bikri, u fl-aħħar se tingħata prova tagħha permezz ta' prototip. Jekk dan ikun pożittiv, wara dan il-kuntratt, se jittieħdu passi oħra li jwasslu għall-iżvilupp ta' għodda li tkun żviluppata minn kull aspett (sett).
Il-ħtieġa marbuta mal-ħila:
L-istituzzjonijiet tal-gvern huma fost l-aktar miri prominenti ewlenin tat-TAP u ħafna minnhom huma esposti għall-ispjunaġġ virtwali. L-għan ta' dawk li jattakkaw hu li jintroduċu softwer b'intenzjoni ħażina f'sistema fejn dan jibqa' ma jingħarafx mill-ħitan tas-sigurtà ('firewalls'), mis-sistemi li jagħrfu d-dħul mingħajr permess u minn miżuri oħra ta' protezzjoni. Dan isir biex is-sistema sservi ta' 'ċentru ta' informazzjoni bil-moħbi' u tinġabar l-informazzjoni mingħand dawk li jużaw dik is-sistema sakemm ikun possibbli ('persistenti'). Filwaqt li hemm għadd ta' għodod tal-apparat tal-kompjuter u tas-softwer li huma offruti fis-suq kummerċjali f'rabta mal-ġlieda kontra t-TAP, l-esperti tal-AED u l-iSMp jemmnu li ħila ta' difiża militari għat-TAP se jkollha tiddependi fuq il-qsim u l-isfruttament tal-informazzjoni, imwieżna minn għodod bl-aħjar mod possibbli (= xierqa għal ambjent ta' difiża militari). 'L-għarfien' hu fost l-aktar elementi tal-ħila li huma urġenti f'dan ir-rigward.
Id-dettall (il-bażi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sejħa għall-offerti li se jintbagħtu lil dawk il-kandidati li jintgħażlu għat-tieni fażi tal-valutazzjoni):
Fis-suġġett tal-istudju tat-TAP-Għ, il-kuntrattur se jkun meħtieġ:
— li jfassal jew jipprovdi titjib dwar mudell tal-qsim tal-informazzjoni (imsieħba, komunitajiet, regoli dwar il-qsim, eċċ.),
— li jibni jew jipprovdi titjib għal mudelli tad-dejta rilevanti għall-għarfien tat-TAP bħala bażi biex jinqabad it-theddid, kif ukoll biex jinbena (jinbnew) xenarju(i) biex tingħata prova tal-kunċett u għad-dimostrazzjoni,
— li jimplimenta u jivvalida 'magna għall-għarfien tat-TAP' li tkun kapaċi tintegra u toħloq relazzjonijiet bejn sorsi differenti (p.e. netwerks esterni/interni, dawk li jospitaw, il-fajls li jirreġistraw l-attività, eċċ.),
— li jivviżwalizza l-attivitajiet tal-għarfien għall-validazzjoni umana,
— li jistabbilixxi ambjent ta' integrazzjoni u validazzjoni,
— li jwettaq id-dimostrazzjoni tal-prova tal-kunċett.
Ftehim qafas ma’ single operaturi
Dan il-kontenut ippubblikat f’din il-paġna hu maħsub purament bħala servizz addizzjonali u m’għandu ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jassumu ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet uffiċjali tal-avviżi rilevanti dwar l-offerti huma dawk ippubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli fit-TED. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’din il-paġna. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara l-Avviż ta’ Spjegabbiltà u Responsabbiltà tal-Akkwist Pubbliku.