-
Ippubblikat21/07/2012
-
Skadenza28/09/2012
-
Ftuħ tal-offerti02/10/2012
-
Aġġudikat03/12/2012
-
Illum18/09/2026
Utilitajiet
- jindika l-kodiċijiet CPV miġbura mit-test tal-proċedura
B-Brussell: Għall-iżvilupp u l-validazzjoni ta' ħolqa mifruxa fuq il-modi kollha ta' trasport fejn jidħol tagħrif u riżervazzjoni għat-trasport tal-passiġġieri Ewropej
Id-DĠ MOVE qiegħed ifittex kompetenza barranija 'Biex ikun żviluppat u ssir validazzjoni tal-fattibbiltà ta' servizz għall-passiġġieri li jkopri l-informazzjoni dwar il-modi kollha tat-trasport u s-servizz ta' riżervazzjoni li jista' jkun applikat madwar l-Ewropa kollha'. Din hi inizjattiva li tirriżulta minn azzjoni ta' tħejjija mill-Parlament Ewropew għad-DĠ MOVE.
L-għan ta' din l-azzjoni ta' tħejjija hu li twieżen, flimkien mal-azzjonijiet u l-iżviluppi tas-suq jekk u fejn dan ikun meħtieġ, il-konnessjoni tas-sistemi lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali li jeżistu li jipprovdu informazzjoni lill-vjaġġatur kif ukoll biex lill-pubbliku internazzjonali toffrilu informazzjoni u l-possibbiltà li jixtri l-biljetti permezz ta' servizz multilingwistiku wieħed. L-għan ta' din l-inizjattiva għandu jkun li jwieżen:
— il-ħolqien ta' servizz ta' informazzjoni dwar it-trasport Ewropew li jkun faċli biex taċċessah u jipprovdi lill-passiġġieri b'dejta f'ħin reali għal kull vjaġġ fl-Ewropa u għal kull tip ta' trasport; dan is-servizz jista' jipprovdi wkoll xi informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u dwar l-effett li kull vjaġġ iħalli fuq l-ambjent (l-emissjonijiet tal-CO2, il-konsum tal-fjuwil, eċċ.) biex ikun jista' jsir tqabbil bejn il-modi differenti ta' trasport,
— il-ħolqien ta' għodda biex wieħed jirriżerva l-postijiet fuq l-Internet li kapaċi tħaffef l-ivvjaġġar madwar l-Ewropa, kif ukoll għodda biex tippjana l-vjaġġ, għodda li tikkalkula kemm se jkun jiswa l-vjaġġ, għodda għall-immaniġġar tat-talbiet dwar id-disponibbiltà u għodda tal-integrazzjoni tal-biljetti,
— il-konnessjoni ma' sistemi internazzjonali ta' informazzjoni għall-vjaġġatur.
L-azzjoni ta' tħejjija għandha tkun ibbażata fuq ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5.5.2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà marbuta mas-sistema sekondarja ('Applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri' tas-sistema tal-ferroviji madwar l-Ewropa (il-ĠU L 123, tat-12.5.2011, p.11). Fl-ewwel fażi, l-azzjoni ta' tħejjija għandha tkun illimitata għal għadd limitat ta' pajjiżi, għal għadd limitat ta' lingwi u għal ġabra limitata ta' dejta. Għandha tkun ibbażata fuq xenarji differenti li jippreżentaw kumbinazzjonijiet differenti ta' modi ta' trasport. Għandha tingħata attenzjoni partikulari għar-riżerva tal-għajnuna għall-persuni li għandhom inqas mobbiltà.
Din l-azzjoni hi skont il-kontenzjoni fil-'White Paper' dwar it-trasport 'Pjan ta' ħidma għal żona waħda ta' trasport Ewropew — lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti' — li waqt is-safar, l-esperjenza tal-ivvjaġġar għandha tkun faċli bħalma hi għall-vjaġġaturi lokali. Biex jintlaħaq dan l-għan, wieħed mill-10 għanijiet tal-'White Paper' hu li sal-2020 jitwaqqaf qafas għal sistema ta' informazzjoni, immaniġġar u ħlasijiet għall-modi kollha tat-trasport Ewropew. Il-passiġġieri għandhom jingħataw servizz koerenti fejn il-prodott aħħari jgħaddi b'mod dirett għand il-persuna aħħarija li se tużah, bi skambji ssimplifikati, informazzjoni fuq il-post/waqt il-vjaġġ u qtugħ ta' biljetti mingħajr diffkultajiet. Dan ifisser li jrid ikun hemm provvista integrata ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u ta' opportunitajiet biex wieħed jirriżerva l-postijiet irrispettivament mit-tip ta' trasport. Minn hawnhekk imbagħad ikun hemm il-possibbiltà li wieħed joffri l-biljetti għall-vjaġġ kollu. Dan il-pass tal-aħħar se jintlaħaq billi wieħed jgħin biex ikomplu jkunu integrati l-modi differenti ta' trasport tal-passiġġieri biex jipprovdi bosta modi ta' vjaġġar f'sekwenza waħda minn bieb sa bieb.
63000000 - Servizzi ta’ appoġġ u trasport awżiljarju; servizzi ta’ l-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar
72000000 - Servizzi ta' IT: konsulenza, żvilupp ta' softwer, Internet u appoġġ
Indirizz postali: Salvador de Madriga, 1
Belt: Madrid (Madrid)
Kodiċi postali: 28027
Pajjiż: ESP
Dan il-kontenut ippubblikat f’din il-paġna hu maħsub purament bħala servizz addizzjonali u m’għandu ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jassumu ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet uffiċjali tal-avviżi rilevanti dwar l-offerti huma dawk ippubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli fit-TED. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’din il-paġna. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara l-Avviż ta’ Spjegabbiltà u Responsabbiltà tal-Akkwist Pubbliku.