-
Aġġudikat19/04/2013
-
Illum15/08/2026
Utilitajiet
- jindika l-kodiċijiet CPV miġbura mit-test tal-proċedura
B-Brussell: Kuntratt għall-ospitar ta' stazzjon ta' Galileo b'użu mħallat f'Papeete, Taħiti (il-Polineżja Franċiża)
Il-parti ta' fuq l-art tas-sistema Galileo hi organizzata f'ċentri ta' kontroll li jinsabu fl-Ewropa, u fi stazzjonijiet imbiegħda madwar id-dinja.
It-tipi ta' stazzjonijiet li ġejjin diġà jeżistu u wħud minnhom se jkunu implimentati:
— stazzjonijiet tal-intraċċar, telemetrija u kontroll (ITK) li jinkludu antenna parabolika li kapaċi tagħmel dawran sħiħ,
— stazzjonijiet li jibagħtu s-sinjali lejn is-satellita (ULSs) li huma magħmula minn bosta antenni paraboliċi li kapaċi jagħmlu dawran sħiħ,
— stazzjonijiet ta' Galileo bis-senser (GSSs) li jintużaw għas-sorveljanza tas-sinjali tan-navigazzjoni.
Il-ksib li qiegħed isir fil-mument hu biex jinkisbu servizzi ta' ospitar għal sit 1 b'użu mħallat f'Papeete fejn hemm stazzjon li jgħaqqad il-funzjonalitajiet tal-ULS u l-GSS.
Il-kuntrattur se jwettaq ix-xogħlijiet li ġejjin:
1. id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull xogħol ta' infrastruttura li hu meħtieġ fis-sit biex tkun aġġornata l-infrastruttura tal-mument;
2. il-provvista tal-affarijiet li jkunu kkunsmati (per eżempju, il-fjuwil tad-diżil, l-iċċarġjar mill-ġdid tal-arja kkundizzjonata, eċċ.) li għandhom x'jaqsmu mal-operat u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tas-sit;
3. jingħata appoġġ għar-reviżjoni tad-disinn tas-sit u r-reviżjoni tal-approvazzjoni tas-sit li se jsiru apposta għall-faċiltà li tospita u tintrefa' r-responsabbiltà maniġerjali u kuntrattwali tal-koordinazzjoni kollha tal-ittestjar;
4. il-manutenzjoni tal-infrastruttura tas-sit tal-GSS u l-ULS;
5. il-provvista ta' impjegati kkwalifikati biex jagħtu appoġġ lit-timijiet tal-integrazzjoni tal-immuntar u tal-verifika.
72000000 - Servizzi ta' IT: konsulenza, żvilupp ta' softwer, Internet u appoġġ
Indirizz postali: rue Edouard Ahnne Imm Aorai
Belt: Papeete
Kodiċi postali: BP 550 98713
Pajjiż: PYF
Dan il-kontenut ippubblikat f’din il-paġna hu maħsub purament bħala servizz addizzjonali u m’għandu ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jassumu ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet uffiċjali tal-avviżi rilevanti dwar l-offerti huma dawk ippubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli fit-TED. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’din il-paġna. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara l-Avviż ta’ Spjegabbiltà u Responsabbiltà tal-Akkwist Pubbliku.