Avviżi legali

L-informazzjoni f’dan il-websajt hi suġġetta għal dikjarazzjoni ta' caħda ta' responsabbiltà, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u regoli relatati mal-protezzjoni tad-dejta personali.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu dan il-websajt biex itejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar il-liġi, il-pubblikazzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk jiġu indikati żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom.

Madankollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni:

  • hi ta' natura ġenerali biss u mhix intenzjonata biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari;
  • mhix neċessarjament komprensiva, preċiża jew aġġornata;
  • xi kultant hi llinkjata ma' siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet m'għandhom ebda kontroll u li għalihom l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà;
  • mhix parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, dejjem għandek tikkonsulta professjonist bi kwalifiki xierqa).

Jekk jogħġbok innota li ma tistax tingħata garanzija li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss (l-edizzjoni stampata tiegħu, jew mill-1 ta' Lulju 2013 l-edizzjoni elettronika tiegħu disponibbli fil-websajt ta' EUR-Lex) hu awtentiku u għandu effetti legali.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat mill-iżbalji tekniċi. Madankollu xi dejta jew informazzjoni fis-sit tagħna jista' jkun li nħolqot jew ġiet strutturata f'fajls jew formati li mhumiex mingħajr żbalji u ma nistgħux nagħtu garanzija li s-servizz tagħna ma jkunx interrot jew effettwat b'xi mod minn dawn il-problemi. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward ta' problemi bħal dawn li jiġu mill-użu ta' dan is-sit jew marbuta ma' siti esterni.

Din id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mhix intiża biex tillimita r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet bi ksur ta' xi ħtiġijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas ma teskludi r-responsabbiltà tiegħu għal kwistjonijiet li jistgħu ma jkunux esklużi skont dik il-liġi.

Avviż tad-drittijiet tal-awtur

© L-Unjoni Ewropea, 2019

  1. L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti legali, amministrattivi u ta’ każistika u ta’ dejta ppubblikata fuq dan is-sit web għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali huwa awtorizzat sakemm issir referenza għas-sors. Il-politika tal-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea hija implimentata mid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2011.
  2. Il-pubblikazzjonijiet ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jintużaw mill-ġdid ukoll sakemm issir referenza għas-sors, skont id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq.
  3. Għal pubblikazzjonijiet ġenerali ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-UE, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
    • L-iddawlowdjar u r-r-riproduzzjoni huma awtorizzati sakemm issir referenza għas-sors.
    • It-traduzzjoni tal-pubblikazzjonijiet b'lingwi oħra minbarra l-edizzjonijiet lingwistiċi ppubblikati uffiċjalment f’dan is-sit web huma suġġetti għal konklużjoni ta' ftehim li fuqu tinħareġ liċenzja bla ħlas.
    • Meta l-kontenut tal-pubblikazzjonijiet tal-UE jiġi inkorporat f'xogħlijiet li jinbiegħu (irrispettivament mill-format tagħhom), il-persuna fiżika jew ġuridika li tippubblika dawn ix-xogħlijiet għandha tinforma lix-xerrejja, qabel ma jħallsu kwalunkwe abbonament jew miżata u kull darba li jaċċedu għax-xogħlijiet, li l-informazzjoni meħuda mill-pubblikazzjonijiet tal-UE tista' tinkiseb, f'format elettroniku, bla ħlas permezz ta’ dan is-sit web.

***

Dawn il-prinċipji ġenerali jistgħu jkunu suġġetti għal kundizzjonijiet li jistgħu jkunu speċifikati f'avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur. Għalhekk l-utenti huma avżati sabiex jirreferu għall-avviżi tad-drittijiet tal-awtur tal-pubblikazzjonijiet individwali.

L-użu ta’ elementi (eż. test, ritratti, stampi, graffs, eċċ.) suġġetti għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi hu soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mis-sid tad-drittijiet tal-awtur.

Il-logos u t-trademarks kollha huma esklużi mill-permessi ġenerali msemmija hawn fuq.

Kwalunkwe mistoqsijiet dwar dan t'hawn fuq, jew kwalunkwe mistoqsijiet oħrajn relatati mad-drittijiet tal-awtur u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-UE, għandhom jintbagħtu bil-miktub lil:

Publications Office
Access to and Reuse of Public Information
OP Portal
2, rue Mercier, 2985 Luxembourg, Luxembourg
Fax (352) 2929-42672
E-mail

Stqarrija ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali tiegħek

Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni tal-ipproċessar: Ir-reġistrazzjoni tal-Utent fuq is-sit web “Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea” (Portal tal-OP), inklużi Pubblikazzjonijiet tal-UE (ex-EU Bookshop)

Kontrollur tad-Data: Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, unità C.1, “Portal tal-OP”

Referenza tar-rekord: DPR-EC-00449

Werrej

  1. Introduzzjoni
  2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
  3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?
  4. Liema data personali niġbru u nkomplu nipproċessaw?
  5. Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?
  6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
  7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
  8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?
  9. Informazzjoni ta’ kuntatt
  10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar iddettaljata?

1. Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet tista’ teżerċita b’rabta mad-data personali tiegħek. Hi tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek miegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni relatata mal-ipproċessar tar-reġistrazzjoni tal-utenti fis-sit web “Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea” (Portal tal-OP), inklużi Pubblikazzjonijiet tal-UE (ex-EU Bookshop) li saret mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, unità C.1, “Portal tal-OP” hi ppreżentata hawn taħt.

2. Għaliex niġbru, inżommu u nipproċessaw id-data tiegħek?

Finijiet tal-operazzjoni tal-ipproċessar: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, unità C.1, “Portal tal-OP” jiġbor u juża l-informazzjoni personali tiegħek għar-reġistrazzjoni tal-utent fuq is-sit web “Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea”, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Portal tal-OP”, u jinkludi s-servizzi marbuta mal-ordni tal-pubblikazzjonijiet stampati fil-paġna tal-Pubblikazzjoni tal-UE.

L-operazzjoni tal-ipproċessar tikkonsisti fiż-żamma ta’ lista li fiha data personali f’bażi tad-data.

Id-data tintuża wkoll b’mod anonimu għall-istudji u/jew għall-finijiet ta’ statistika bil-għan li s-servizz jitjieb.

Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili.

3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li:

- l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;

kif ukoll

- inti, bħala s-suġġett tad-data, tkun tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal skop speċifiku wieħed jew aktar.

Bażi ġuridika għall-ipproċessar: il-mandat tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, id-Deċiżjoni 2009/496/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

4. Liema data personali niġbru u nkomplu nipproċessaw

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni tal-ipproċessar l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-unità C.1, "Portal tal-OP" jiġbor il-kategoriji segwenti tad-data personali:

Data mandatarja għal kont sħiħ:

  • Isem
  • Kunjom
  • Indirizz tal-email
  • Password (kriptata)

Data mandatarja għal kont b’sign-on wieħed (data miksuba minn servizzi esterni bħal Facebook, Twitter jew EU Login):

  • UserId
  • Email (mhux għal Twitter)
  • Isem
  • Kunjom

Data fakultattiva:

  • Numru tat-telefown
  • Tema ta’ interess
  • Rwol preferit
  • Tip ta' indirizz
  • Isem (jista’ jkun differenti mid-data mandatarja)
  • Kunjom (jista’ jkun differenti mid-data mandatarja)
  • Indirizz tat-triq
  • Kodiċi postali
  • Belt
  • Pajjiż
  • Email (jista’ jkun differenti mill-indirizz mandatarju)
  • Numru tat-telefown tal-indirizz
  • Tip ta’ persuna
  • Organizzazzjoni
  • Dipartiment
  • Funzjoni

Il-forniment ta’ data personali mhux mandatarju biex tibbrawżja l-Portal tal-OP. Madankollu, il-forniment ta’ data personali hu mandatarju jekk tixtieq tibbenefika minn servizzi tal-kont sħaħ addizzjonali bħal “L-Indirizzi tiegħi”, “Il-listi tiegħi”, “Il-widgets tiegħi”, “Il-Profil Tiegħi”, “It-twissijiet tiegħi”, “L-annotazzjonijiet tiegħi”, “Il-klassifikazzjonijiet tiegħi”, “It-tiftixiet tiegħi” u “L-RSS feeds tiegħi”.

Barra minn hekk, il-forniment ta’ data personali hu mandatarju jekk tordna biex tintbagħat pubblikazzjoni fid-dar tiegħek.

5. Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-unità C.1, "Portal tal-OP" iżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew aktar ipproċessar, jiġifieri biex jingħataw is-servizzi mitluba. Fil-każ ta’ ħolqien ta’ kont sħiħ, tista’ tħassar id-data personali tiegħek inti stess jekk tixtieq (opzjoni “Ħassar il-kont”).

F’każ ta’ inattività għal tliet snin, nibagħtulek messaġġ fl-aħħar ta’ dan il-perjodu. Jekk ma tweġibx fi żmien xahar, inħassru awtomatikament il-kont tiegħek.

6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, lottijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) jinħażnu fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq dawk tal-kuntrattur tagħha ARCANIA SASU li hu inkarigat mit-twettiq tal-ordnijiet fiżiċi. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbutin bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, kif ukoll bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jitnisslu mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR” ir-Regolament (UE) 2016/679).

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa li jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għall-persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar.

7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-persunal tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

L-informazzjoni li niġbru mhux se tingħata lil xi parti terza.

8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Jekk ikun japplika, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Inti tajt il-kunsens tiegħek biex tipprovdi d-data personali tiegħek lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-unità C.1, "Portal tal-OP” għall-operazzjoni tal-ipproċessar preżenti. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma int tkun irtirajt il-kunsens.

Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tingħata taħt l-Intestatura 9 hawn taħt.

Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-Referenza/i tar-rekord tagħhom kif speċifikat taħt l-Intestatura 10 hawn taħt) fit-talba tiegħek.

9. Informazzjoni ta’ kuntatt

- Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-unità C.1, "Portal tal-OP", info@publications.europa.eu.

- L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ((data-protection-officer@ec.europa.eu)) rigward kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

- Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (dps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

10. Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar dwar id-data personali mill-Kummissjoni, li ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru minn dan il-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register

Din l-operazzjoni tal-ipproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-00449