Written question E‑7562/10 Ágnes Hankiss (PPE) lill‑Kunsill. L‑irwol tas‑Servizz Ewropew għall‑Azzjoni Esterna fil‑ġlieda kontra t‑terroriżmu: il‑ġlieda kontra t‑terroriżmu internazzjonali ma tistax tgħaddi mingħajr is‑Servizzi Diplomatiċi tal‑Istati Membri tal‑Unjoni Ewropea. Is‑Servizz Ewropew għall‑Azzjoni Esterna, li wara d‑dħul fis‑seħħ tat‑Trattat ta’ Lisbona għandu jitwaqqaf fit‑tieni nofs tal‑2010, għandu jkollu rwol importanti fil‑koordinazzjoni tal‑ġlieda kontra t‑terroriżmu fl‑UE.