P8_TA(2016)0070 L-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 (COM(2014)0724 – C8-0283/2014 – 2014/0346(COD)) P8_TC1-COD(2014)0346 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Marzu 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95