Kawża C-544/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal - ir-Renju Unit) – The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Henrika Dakneviciute (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Attività bħala persuna li taħdem għal rasha – Ċittadina ta’ Stat Membru li waqfet milli teżerċita l-attività tagħha bħala persuna li taħdem għal rasha minħabba limitazzjonijiet fiżiċi marbuta mal-aħħar stadji ta’ tqala u mal-effetti tal-ħlas – Żamma tal-kwalità ta’ persuna li teżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha)