Kawżi magħquda C-807/18 u C-39/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Telenor Magyarország Zrt. vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) 2015/2120 – Artikolu 3 – Aċċess għal internet miftuħ – Artikolu 3(1) – Drittijiet tal-utenti finali – Dritt ta’ aċċess għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi kif ukoll għall-użu tagħhom – Dritt li jiġu pprovduti applikazzjonijiet u servizzi – Artikolu 3(2) – Projbizzjoni tal-ftehimiet u tal-prattiki kummerċjali li jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali – Kunċetti ta’ “ftehimiet”, ta’ “prattiki kummerċjali”, ta’ “utenti finali” u ta’ “konsumaturi” – Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali – Modalitajiet – Artikolu 3(3) – Obbligu ta’ trattament ugwali u nondiskriminatorju tat-traffiku – Possibbiltà li jiġu implimentati miżuri raġonevoli ta’ ġestjoni tat-traffiku – Projbizzjoni tal-miżuri ta’ bblokkar u ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku – Eċċezzjonijiet – Prattiki kummerċjali li jikkonsistu f’li jiġu proposti pakketti li jipprovdu li l-klijenti li jabbonaw għalihom jixtru pakkett b’tariffa fissa li jagħtihom id-dritt li jużaw mingħajr restrizzjonijiet volum ta’ data partikolari, mingħajr ma jitnaqqas minnu l-użu ta’ ċerti applikazzjonijiet u ta’ ċerti servizzi speċifiċi li jaqgħu taħt “tariffa żero”, u li jistgħu, ladarba eżawrit dan il-volum ta’ data, ikomplu jużaw mingħajr restrizzjonijiet dawn l-applikazzjonijiet u dawn is-servizzi speċifiċi, li matulhom miżuri ta’ bblokkar jew ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku jiġu applikati għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi l-oħra)