Kawża C-556/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma – Direttiva 2000/60/KE – Artikolu 13(1) u (7), kif ukoll l-Artikolu 15(1) – Assenza ta’ adozzjoni, ta’ pubblikazzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea tal-pjanijiet ta’ ġestjoni rriveduti u tal-baċiri ta’ Lanzarote, Fuerteventura, Gran Canaria, Tenerife, La Gomera, La Palma u El Hierro (Spanja) – Artikolu 14 – Assenza ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku fir-rigward tar-reviżjoni u l-aġġornament)