Kawża C-378/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ústavný súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – proċedura mibdija mill-Prezident Slovenskej republiky (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern tal-elettriku – Direttiva 2009/72/KE – Artikolu 35(4) u (5) – Indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasferixxi s-setgħa ta’ nomina tal-President tal-awtorità regolatorja nazzjonali mill-Kap tal-Istat lill-Gvern – Parteċipazzjoni ta’ ministeri nazzjonali fil-proċeduri għall-iffissar tal-prezzijiet)