Kawża C-265/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Torino – l-Italja) – VCAST Limited vs R.T.I. SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(2)(b) — Eċċezzjoni ta’ kopja privata — Artikolu 3(1) — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Mod tekniku speċifiku — Provvista ta’ servizz ta’ reġistrazzjoni vidjo fis-sħaba (cloud computing) ta’ kopji ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur, mingħajr il-kunsens tal-awtur ikkonċernat — Intervent attiv tal-fornitur tas-servizz fl-imsemmija reġistrazzjoni)