Skopri l-ħsieb wara l-akbar istituzzjoni finanzjarja multilaterali fid-dinja. Ir-Rapport tal-Attività tal-Bank Ewropew tal-Investiment 2018 jispjega fid-dettall l-isforzi tal-bank tal-UE biex jippromwovi l-impjiegi u t-tkabbir, is-sostenibbiltà u l-ugwaljanza bejn is-sessi—permezz tal-istejjer ta’ nies li jaħdmu mal-bank, individwi li jixtru l-bonds tiegħu u nies madwar id-dinja li jibbenefikaw mill-proġetti li jiffinanzja.