L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ ABDOLLAHI Hamed, ARBABSIAR Manssor, BOUYERI, Mohammed, SHAHLAI Abdul Reza, SHAKURI Ali Gholam, SOLEIMANI Qasem, COMMUNIST PARTY OF THE PHILIPPINES (il-Partit Komunista tal-Filippini), inkluż in-NEW PEOPLES ARMY — NPA (l-Armata l-Ġdida tal-Poplu), il-Filippini, EJÉRCITO DE LIBERACIÓN NACIONAL (l-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali), SENDERO LUMINOSO — SL (it-Triq li Tiddi) persuni u gruppi miżjuda fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337)2019/C 382/03